Attivitajiet oħrajn tal-UE

Il-politiki tas-saħħa pubblika mhumiex l-unika mod kif inhu indirizzat l-użu tat-tabakk:

  • Taxxi għoljin fuq il-prodotti tat-tabakk huma verament effettivi fit-tnaqqis tal-użu tat-tabakk, b'impatt partikulari fuq iż-żgħażagh. Id-Direttiva 2010/12/UE dwar is-sisa fuq it-tabakk temenda l-istruttura u r-rati tas-sisa skont miri tas-saħħa pubblika.
  • L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jinvestiga l-kummerċ illegali fit-tabakk. In-negozjanti illegali jnaqqsu dħul massiv mit-taxxa għall-gvernijiet, u jimminaw negozjanti onesti – u jbigħu irħas, biex b’hekk jagħmlu l-prodotti tat-tabakk aktar faċli li jinxtraw, li hu negattiv għas-saħħa pubblika. Protokoll internazzjonali dwar kummerċ illiċitu ta' prodotti tat-tabakk ġie negozjat u adottat skont il-Konvenzjoni tal-Qafas ta' Ħidma tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk fl-2012. Dan it-Trattat internazzjonali ġdid huwa attwalment fl-istadju ta’ ratifika.
  • Is-sussidji tat-tabakk darba kienu parti importanti iżda kontroversjali tal-politika agrikola tal-UE. Fl-interess tas-saħħa pubblika, is-sussidji diretti għat-tabakk issa tneħħew għal kollox.