Mewt bikrija
It-tabakk hu l-ikbar riskju tas-saħħa li jista' jiġi evitat fl-UE, u hu responsabbli għal 700,000 mewta bikrija kull sena. Madwar 50% ta' dawk li jpejpu jmutu qabel iż-żmien (fuq medja, 14-il sena iktar kmieni).
Saħħa ħażina
Barra dan, dawk li jpejpu jkollhom iktar snin b'saħħa ħażina. Ħafna kanċers, mard kardjuvaskulari u respiratorju hu relatat mal-użu tat-tabakk, li jikkawża aktar problemi mill-alkoħol, id-drogi, il-pressjoni għolja, il-piż żejjed jew il-kolesterol.
Ir-rati tat-tipjip għadhom għoljin
Minkejja l-progress konsiderevoli, l-għadd ta' dawk li jpejpu fl-UE għadu għoli – 28% tal-popolazzjoni u wkoll 29% taż-żgħażagħ Ewropej bejn 15-24 sena.
Prijoritajiet politiċi
Peress li t-tabakk iwassal għall-vizzju u 94% ta' dawk li jpejpu jibdew qabel ma jagħlqu l-25 sena, il-politika għandha tiffoka fuq il-prevenzjoni fost iż-żgħażagħ.
Għanijiet oħrajn huma l-għajnuna lil dawk li jpejpu biex iwaqqfu t-tipjip, u l-protezzjoni tal-persuni mill-esponiment għat-tipjip tal-oħrajn. L-attivitajiet ewlenin huma miżuri leġiżlattivi u kampanji ta' informazzjoni.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk
English (en)

