Projbizzjoni fuq ir-reklamar u l-isponsorizzazzjoni transkonfinali tat-tabakk

Ir-reklamar tat-tabakk iżid il-konsum b’diversi modi, l-aktar billi jħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jibdew ipejpu. Iħeġġeġ ukoll lil dawk li jpejpu biex iżidu l-konsum, inaqqas il-motivazzjoni ta' dawk li jixtiequ jieqfu jpejpu, iħeġġeġ lil min kien ipejjep qabel biex jerġa’ jibda jpejjep u joħloq ambjent fejn l-użu tat-tabakk huwa meqjus bħala familjari u aċċettabbli u t-twissijiet dwar is-saħħa jiddgħajfu.

Id-Direttiva dwar ir-Reklamar tat-Tabakk (2003/33/KE) tistabbilixxi projbizzjoni fuq ir-reklamar u l-isponsorizzazzjoni transkonfinali tat-tabakk f'midja minbarra t-televixin. Il-projbizzjoni tkopri l-midja stampata, ir-radju, l-internet u l-isponsorizzazzjoni ta’ avvenimenti li jinvolvu diversi Stati Membri, bħal-Logħob Olimpiku u tlielaq tal-Formula Wieħed. Id-distribuzzjoni b’xejn tat-tabakk huwa pprojbit f’avvenimenti bħal dawn. Il-projbizzjoni tkopri r-reklamar u l-isponsorizzazzjoni bil-għan jew l-effett dirett jew indirett tal-promozzjoni ta’ prodott tat-tabakk.

Ir-reklamar u l-isponsorizzazzjoni tat-tabakk fuq it-televixin diġà kien ipprojbit mill-1989 bid-Direttiva Televiżjoni Mingħajr Fruntieri (89/552/KEE). Din id-Direttiva ħaditilha postha d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (2007/65/KE)pdf adottata f'Marzu 2010, li testendi l-applikazzjoni ta' din il-projbizzjoni għall-forom kollha ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, inkluż it-tqegħid ta' prodotti.

F'Mejju 2008 l-Kummissjoni ppubblikat Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reklamar tat-Tabakkpdf(258 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) .

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2003/54/KE) dwar il-Prevenzjoni tat-Tipjip u dwar l-Inizjattivi biex jitjieb il-kontroll tat-tabakk tkopri forom oħra ta' promozzjoni tat-tabakk. Tirrakkomanda lill-Istati Membri li jipprojbixxu l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti tat-tabakk fuq prodotti jew servizzi mhux tat-tabakk; l-użu ta’ oġġetti promozzjonali u kampjuni tat-tabakk, l-użu u l-komunikazzjoni ta’ promozzjoni tal-bejgħ, bħal skont, rigal, primjum jew opportunità li wieħed jipparteċipa f’konkors jew logħba promozzjonali; l-użu ta’ kartelluni pubbliċitarji, posters u tekniki ta’ reklamar ta’ ġewwa jew ta’ barra oħrajn (bħal reklamar tat-tabakk fuq id-distributuri awtomatiċi); l-użu ta’ reklamar fiċ-ċinema u kwalunkwe forom oħra ta’ reklamar, sponsorizzazzjoni jew prattiki direttament jew indirettament indirizzati għall-promozzjoni tal-prodotti tat-tabakk.

Fil-livell internazzjonali l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tad-WHO (FCTC) jistabbilixxi l-obbligi tal-Partijiet biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu r-reklamar, il-promozzjoni u l-isponsorizzazzjoni tat-tabakk. F’Lulju 2007, fil-Konferenza tal-Partijiet taħt din il-Konvenzjoni ġie deċiż li jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma bil-kompitu li jiżviluppa abbozz komprensiv ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni u li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar elementi ewlenin ta’ protokoll dwar ir-reklamar, il-promozzjoni u l-isponsorizzazzjoni transkonfinali, li għandu jkun komplementari għal dawn il-linji gwida.


Stqarrijiet għall-istampa dwar każijiet ta’ ksur

arrowIl-Kummissjoni tieħu azzjoni kontra Stati Membri li jiksru l-projbizzjoni ta’ sponsorizzazzjoni tat-tabakk
arrowIr-reklamar tat-tabakk: Il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra erba’ Stati Membri mhux konformi
arrowIl-Kummissjoni tirreferi l-Ġermanja lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar ir-reklamar tat-tabakk
arrowIr-reklamar tat-tabakk: Il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra żewġ Stati Membri mhux konformi


Każ C-380/03 - ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Direttiva 2003/33/KE – Reklamar u sponsorizzazzjoni ta' prodotti tat-tabakk – Annullament tal-Artikoli 3 u 4 – Għażla tal-bażi legali – Prinċipju tal-proporzjonalità)

arrowTaqsira tas-Sentenza


Konvenzjoni ta' qafas dwar il-kontroll fuq it-tabakk tad-WHO

arrowKonvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tad-WHO