Kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa

Taħt l-awspiċju tal-programm tal-UE dwar is-saħħa, Azzjoni Konġunta dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) se titniedi fl-2010, din se tinvolvi rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE, l-EFTA u ż-ŻEE.

Koordinatur tal-azzjoni konġunta

Id-Danimarka (irrappreżentata mill-Bord Nazzjonali tas-Saħħa), permezz tas-segretarjat tal-proġett ta' kollaborazzjoni tal-EUnetHTA.

Laqgħat

Wara laqgħat preparatorji Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) fl-2009, l-Azzjoni Konġunta formalment bdiet f'Jannar 2010 u se tkompli sal-aħħar tal-2012. Żewġ laqgħat annwali huma ċentrali għat-tmexxija ġenerali tal-proġett: Il-laqgħa annwali tal-Forum tal-Partijiet Interessati (li jikkonsisti mill-organizzazzjonijiet Ewropej li jiġbru taħthom l-industrija, il-pazjenti/il-konsumaturi, il-professjonisti tas-saħħa u l-finanzjament tas-saħħa) u l-Assemblea Plenarja tal-Azzjoni (li fiha jipparteċipaw kemm l-aġenziji tal-HTA kollha involuti kif ukoll l-osservaturi mill-Forum tal-Partijiet Interessati). Dawn iż-żewġ avvenimenti jseħħu f'Mejju ta' kull sena.

Azzjoni Konġunta dwar l-HTA

Iffinanzjat mill-programm tal-UE għas-saħħa, l-għan ta' dan il-proġett hu li

  • jiffaċilita l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-HTA fl-Ewropa
  • joħloq sistema sostenibbli ta' skambju ta' tagħrif dwar l-HTA
  • jippromwovi prattika tajba għall-metodi u l-proċessi tal-HTA

Implimentazzjoni

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi timplimenta l-programm tal-UE għas-saħħa, tmexxi l-proġetti magħżulin u taħdem fuq il-mekkaniżmu tal-azzjoni konġunta.