Organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa

Is-sistemi tas-saħħa għandhom rwol ċentrali fis-soċjetajiet moderni biex jgħinu lin-nies iżommu u jtejbu s-saħħa. Matul dawn l-għaxar snin li għaddew, is-sistemi tas-saħħa Ewropej ħabbtu wiċċhom ma' sfidi komuni dejjem jikbru:

  • żieda fl-ispiża tal-kura tas-saħħa,
  • tixjiħ tal-popolazzjoni assoċjat ma’ żieda fil-mard kroniku u l-multimorbożità li jwasslu għal domanda dejjem tikber għal kura tas-saħħa,
  • nuqqas u distribuzzjoni inugwali tal-professjonisti tas-saħħa,
  • inugwaljanzi fis-saħħa u inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa.

Il-kapaċità futura tal-Istati Membri li jipprovdu kura ta' kwalità għolja għal kulħadd se tiddependi fuq kemm ikunu reżiljenti s-sistemi tas-saħħa: aktar kapaċi jlaħħqu mal-isfidi li għandna quddiemna. U jridu jilħqu dan filwaqt li jibqgħu kosteffikaċi u fiskalment sostenibbli.

Folji ta' informazzjoni dwar is-sistemi tas-saħħa

Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-pajjiżi tal-UE, mill-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki fil-Qasam tas-Saħħa, u minn analiżi interna, abbozzat folji ta' informazzjoni dwar is-sistemi tas-saħħa.

  • sistemi nazzjonali tas-saħħa
  • riżorsi umani fis-sistemi tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • tqabbil tal-organizzazzjoni ta' sistemi tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Dawn id-dokumenti ta' tagħrif huma maħsuba biex jagħtu ħarsa ġenerali ta' dak li hu simili u differenti bejn is-sistemi tas-saħħa tal-UE u biex jgħinu ħalli jiġu identifikati l-problemi komuni u s-soluzzjonijiet possibbli.

Nefqa tas-sistemi tas-saħħa

Is-Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa (SHA) – li tkopri kemm in-nefqa pubblika u privata – qed tkun żviluppata b'mod konġunt u implimentata mill-OECD, id-WHO u l-Kummissjoni. Bis-saħħa tal-SHA, tista' titqabbel id-dejta nazzjonali dwar in-nefqa għas-saħħa fl-UE. L-SHA turi kif jintużaw ir-riżorsi u hi għodda biex jiġu sorveljati l-effetti tal-politiki tas-saħħa.

Kontenut prinċipali: