Prinċipji

L-istrateġija tas-saħħa tal-UE hi bbażata fuq 4 prinċipji bażiċi:

  • il-valuri tas-saħħa komuni
  • is-saħħa hija l-ikbar rikezza
  • is-saħħa fl-oqsma kollha ta’ politika
  • it-tisħiħ tal-vuċi tal-UE fis-saħħa dinjija

Strateġija bbażata fuq valuri tas-saħħa komuni

Id-dikjarazzjoni tal-UE dwar il-valuri tas-saħħa komunipdf (2006) tidentifika l-valuri li ġejjin:

  • l-universalità
  • l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba
  • l-ekwità u s-solidarjetà fis-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-UE.

Temi konkreti identifikati fl-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-UE jinkludu:

  • l-għoti tal-poter liċ-ċittadini – inpoġġu lill-pazjenti fil-qalba tas-sistema u nħeġġuhom jinvolvu ruħhom fil-ġestjoni tal-bżonnijiet tal-kura tas-saħħa tagħhom stess
  • it-tfassil ta’ politika bbażata fuq il-provi – il-politika tas-saħħa trid tkun ibbażata fuq l-aħjar pariri li jiġu minn evidenza xjentifika soda u dejta affidabbli
  • it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa bejn u fi ħdan il-pajjiżi membri – l-indirizzar tal-lakuni fil-kura tas-saħħa jwaqqfu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-UE.

Valuri tas-saħħa komuni – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Is-saħħa hija l-ikbar rikezza

Il-kura tas-saħħa tal-Ewropa hi settur li qed jikber għall-ekonomija tal-UE, bbażat fuq:

  • livell għoli ta’ innovazzjoni
  • ħaddiema tas-sengħa
  • industriji farmaċewtiċi u apparat mediku ta' kwalità tajba.

L-investiment fis-saħħa jista’ jgħin biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020 għall-edukazzjoni, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-iżvilupp, u jitnaqqas il-piż tas-saħħa ħażina fuq l-ekonomija.

Investiment fis-saħħa – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Is-saħħa fil-politiki kollha

Is-saħħa hija, fil-parti l-kbira, iddeterminata minn fatturi lil hinn mill-ambitu tal-ispeċjalisti tas-saħħa. Politika effettiva tas-saħħa teħtieġ strateġija olistika u koordinazzjoni fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , bħal:

  • il-politika reġjonali u soċjali
  • it-tassazzjoni
  • l-ambjent
  • it-trasport
  • It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT)
  • l-enerġija
  • l-agrikoltura
  • l-edukazzjoni u r-riċerka.

Dawk li jfasslu l-politika għandhom jivvalutaw l-impatt ta’ inizjattivi dwar is-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) u s-sistemi tas-saħħa, u jiżnu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażliet ta’ politika.

Is-saħħa fil-politiki kollha – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

It-tisħiħ tal-vuċi tal-UE fis-saħħa dinjija

Fid-dinja interkonnessa tal-lum, il-kwistjonijiet globali tas-saħħa jħallu impatt fuq il-politika interna tal-UE, u viċi-versa – għalhekk il-politika tas-saħħa teħtieġ stratġeija dinjija biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni tas-saħħa. L-UE qed taħdem biex issaħħaħ id-djalogu ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u biex tiżgura strateġija konsistenti tal-UE għall-promozzjoni tal-prinċipji, l-istandards u l-leġiżlazzjoni tas-saħħa madwar id-dinja.

Is-saħħa globali – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)