Strateġija għas-Saħħa

Politika

L-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa "Flimkien għas-Saħħa" tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020.

Ewropa 2020 għandha l-għan li tbiddel lill-UE f'ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva li tippromwovi t-tkabbir ekonomiku - u wieħed mill-prerekwiżiti hu li l-popolazzjoni tkun f'saħħa tajba.

Investiment fis-saħħa

Minbarra li hu valur fih innifsu, is-saħħa hi prekundizzjoni għall-prosperità ekonomika. L-infiq effiċjenti fuq is-saħħa jista' jippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

L-Ewropa tinħtieġ investimenti intelliġenti fis-saħħa:

  • infiq intelliġenti iżda mhux bilfors iktar infiq f'sistemi tas-saħħa sostenibbli
  • investiment fis-saħħa tan-nies, partikolarment permezz ta' programmi li jiffavorixxu s-saħħa
  • investiment fil-kopertura tas-saħħa b'mod li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali.

Investiment fis-saħħa – dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni – ippubblikat fi Frar 2013 bħala parti mill-Pakkett ta' Investiment Soċjali għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni.

L-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa - ċifri ewlenin 

Flimkien għas-Saħħa

L-istrateġija komprensiva tal-UE Flimkien għas-Saħħa , adottata fl-2007:

  • twieġeb għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-pajjiżi permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni madwar l-UE
  • tikkomplementa l-politiki nazzjonali tas-saħħa skont l-Art. 168 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE.

Evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea (2011) sabet li l-istrateġija taġixxi bħala referenza għall-azzjonijiet meħudin fil-livelli nazzjonali u tal-UE u kkonfermat li l-prinċipji u l-għanijiet identifikati fl-2007 se jibqgħu validi għall-għaxar snin li ġejjin fil-kuntest ta' Ewropa 2020.

L-Istrateġij tal-UE għas-Saħħa 2008-13 - evalwazzjoni f'nofs it-terminu