Politika

L-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa "Flimkien għas-Saħħa" tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020.

Ewropa 2020 għandha l-għan li tbiddel lill-UE f'ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva li tippromwovi t-tkabbir ekonomiku - u wieħed mill-prerekwiżiti hu li l-popolazzjoni tkun f'saħħa tajba.

Investiment fis-saħħa

Minbarra li hu valur fih innifsu, is-saħħa hi prekundizzjoni għall-prosperità ekonomika. L-infiq effiċjenti fuq is-saħħa jista' jippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

L-Ewropa tinħtieġ investimenti intelliġenti fis-saħħa:

  • infiq intelliġenti iżda mhux bilfors iktar infiq f'sistemi tas-saħħa sostenibbli
  • investiment fis-saħħa tan-nies, partikolarment permezz ta' programmi li jiffavorixxu s-saħħa
  • investiment fil-kopertura tas-saħħa b'mod li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali.

Investiment fis-saħħa – dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjonipdf(3 MB) – ippubblikat fi Frar 2013 bħala parti mill-Pakkett ta' Investiment Soċjali għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni.

L-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa - ċifri ewlenin Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Flimkien għas-Saħħa

L-istrateġija komprensiva tal-UE Flimkien għas-Saħħapdf, adottata fl-2007:

  • twieġeb għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-pajjiżi permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni madwar l-UE
  • tikkomplementa l-politiki nazzjonali tas-saħħa skont l-Art. 168 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UEpdf.

Evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea (2011) sabet li l-istrateġija taġixxi bħala referenza għall-azzjonijiet meħudin fil-livelli nazzjonali u tal-UE u kkonfermat li l-prinċipji u l-għanijiet identifikati fl-2007 se jibqgħu validi għall-għaxar snin li ġejjin fil-kuntest ta' Ewropa 2020.

L-Istrateġij tal-UE għas-Saħħa 2008-13 - evalwazzjoni f'nofs it-terminu Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)