Għanijiet

L-istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa għandha 3 għanijiet ewlenin:

  • it-trawwim ta' saħħa tajba fl-Ewropa li qiegħda tixjieħ
  • il-protezzjoni taċ-ċittadini mit-theddid għas-saħħa
  • l-appoġġ għal sistemi tas-saħħa dinamiċi u għat-teknoloġiji l-ġodda

It-trawwim tas-saħħa tajba fl-Ewropa li qiegħda tixjieħ

L-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa tistabbilixxi azzjonijiet li jevitaw il-mard u jindirizzaw il-fatturi tal-istil tal-ħajja li jiddeterminaw is-saħħa, bħall-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika.

Il-promozzjoni tas-saħħa hi partikolarment importanti fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ li ġejja mill-fatt li n-nies qed jgħixu iktar fit-tul u r-rata ta' twelid qed tonqos. Il-projezzjonijiet juru li l-proporzjon ta' nies 'il fuq minn 65 sena fl-Ewropa se jiżdied minn 17% (2010) għal kważi 30% sal-2060.

Is-saħħa fl-Ewropa li qed tixjieħ – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Il-protezzjoni taċ-ċittadini minn theddid għas-saħħa

F'dawn l-aħħar snin, l-UE għaddiet minn diversi kriżijiet ikkawżati minn theddid serju għas-saħħa bejn il-pajjiżi. Theddid għas-saħħa ġdid jirrikjedi rispons rapidu u koordinat. Għalhekk, l-UE stabbilixxiet netwerk madwar l-UE biex twieġeb malajr għat-theddid.

Il-miżuri ta' prevenzjoni f'oqsma bħar-reżistenza tal-mikrobi għall-antibijotiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa għandhom jiġu adatti regolarment ukoll.

Il-protezzjoni mit-theddid għas-saħħa – azzjoni fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

L-appoġġ għal sistemi tas-saħħa dinamiċi u t-teknoloġiji l-ġodda

Is-sistemi tas-saħħa fl-UE jinsabu taħt pressjoni dejjem tikber minħabba l-isfidi emerġenti epidemjoloġiċi u ekonomiċi, bħaż-żieda fil-prevalenza tal-mard kroniku u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa.

It-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jikkontribwixxu għall-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, filwaqt li jtejjbu l-aċċess għal kura tas-saħħa bla sogru, ta kwalità għolja għall-Ewropej kollha. Pereżempju, is-Saħa-e tista' tgħin biex tipprovdi servizzi mediċi fiż-żoni rurali, speċjalment fejn hemm nuqqas ta' ħaddiema fis-saħħa.

Is-sistemi tas-saħħa dinamċi u t-teknoloġiji u l-ġodda – azzjoni fil-livell tal-UE  Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)