Strateġija għas-Saħħa

Implimentazzjoni u finanzjament

L-istrateġija tas-saħħa pubblika tal-Unjoni Ewropea hi implimentata permezz ta':

  • il-leġiżlazzjoni
  • l-istrumenti finanzjarji
  • il-kooperazzjoni madwar l-UE

Leġiżlazzjoni

L-UE tista' tadotta l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: l-Artikolu 168 (protezzjoni tas-saħħa pubblika), l-Artikolu 114 (approssimazzjoni tal-liġijiet) u l-Artikolu 153 (politika soċjali). L-oqsma fejn l-UE tagħmel leġiżlazzjoni jinkludu:

Il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza wkoll rakkomandazzjonijiet  dwar is-saħħa pubblika lill-pajjiżi memebri.

L-istrumenti finanzjarji disponibbli biex jikkofinanzjaw azzjonijiet konkreti

  • Il-programm tas-saħħa  jista' jikkontribwixxi finanzjament għall-proġetti li jiffavorixxu s-saħħa, is-sigurtà tas-saħħa u l-informazzjoni dwar is-saħħa
  • Il-programm tar-riċerka jista' jappoġġa proġetti f'oqsma bħall-bijoteknoloġija u t-teknoloġiji mediċi.
  • Il-politika tal-koeżjoni soċjali tal-UE  tista' tappoġġa l-investimenti fis-saħħa fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE.

Kooperazzjoni

L-istituzzjonijijiet tal-UE, il-pajjiżi membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet interessati oħra lkoll jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-saħħa.