Evalwazzjoni

L-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa tal-UE - indikaturi

L-evalwazzjoni f'nofs it-terminu tal-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa għall-2008-2013 (tkopri l-perjodu bejn l-2008 sal-bidu tal-2011) żvelat li:

  • l-istrateġija tipprovdi mappa koerenti u komprensiva tal-kwistjonijiet ewlenin relatai mas-saħħa
  • il-pajjiżi membri jistgħu jiksbu iktar meta jaħdmu f'koordinazzjoni fil-livell tal-UE f'ċerti oqsma
  • l-istrateġija sservi bħala qafas ta' gwida u referenza konsistenti għall-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE.
Rapport dwar l-evalwazzjoni f'nofs it-terminu Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

L-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa tal-UE – indikaturi

Filwaqt li l-mekkaniżmi stabbiliti jissorveljaw b'mod xieraq l-implimentazzjoni tal-inizjattivi leġiżlattivi (partikolarment ir-regolamenti u d-direttivi), il-Kummissjoni ftit li xejn għandha aċċess għall-informazzjoni sistematika minn isfel għal fuq dwar kif inizjattivi mhux leġiżlattivi fil-livell tal-UE huma mibdula f'azzjoni konkreta fil-pajjiżi membri.

Sett ta' indikaturi komuni biex jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' inizjattivi tal-UE fil-politika tas-saħħa għandu jtejjeb il-koerenza tal-azzjoni tal-UE. Studju tal-2012 jidentifika dawn l-indikaturi:

Studju li jkejjel l-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa tal-UE fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali li jevalwa l-utilità tal-indikaturi eżistenti għal dan il-kompitu u l-iżvilupp ta' indikaturi ġodda jekk ikun hemm bżonn: