HIV/AIDS

Fl-2012, ġew rapportati aktar minn 131,000 infezzjoni ġdida tal-HIV fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali, u total ta' 29,000 każ ġdid fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Teżisti kura effettiva għall-infezzjonijiet mill-virus uman tal-immunodefiċjenza (HIV) iżda għad m'hemmx fejqan u lanqas ma jeżisti vaċċin ta' prevenzjoni. Għaldaqstant, il-politika tal-UE tiffoka fuq il-prevenzjoni u l-appoġġ għall-persuni li qed jgħixu bl-HIV/AIDS.

L-UE tgħin billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati madwar l-Ewropa.

Politika dwar l-HIV/AIDS

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fi ħdan l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha tal-2009 tidentifika politiki biex tgħin ħalli jonqos l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni li qed jgħixu bl-HIV/AIDS.

Il-Komunikazzjoni ġiet tradotta bir-Russu mill-AIDS Action Europe u hi disponibbli fuq il-websajt tagħhom.

Il-politiki tal-UE jagħtu appoġġ politiku lill-awtoritajiet u l-partijiet interessati fil-pajjiżi tal-UE u dawk ġirien sabiex:

  • itejbu l-aċċess għall-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ
  • jilħqu immigranti minn pajjiżi bi prevalenza qawwija ta' HIV
  • itejbu politiki mmirati lejn il-popolazzjonijiet bl-ikbar riskju.

Pjan ta' Azzjoni 2014-2016 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li jestendi l-pjan ta' azzjoni 2009-2013 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jispjega kif l-UE, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-partijiet interessati se jwettqu dan.

Programm tas-saħħa

L-implimentazzjoni tal-politika dwar l-HIV/AIDS hi ffinanzjata mill-programm tas-saħħa tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) . L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (Chafea) tipprovdi lista komprensiva tal-proġetti dwar l-HIV/AIDS iffinanzjati mill-2003 'l hawn Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) .

Sorveljanza

Ir-rapport dwar is-sorveljanza tal-HIV/AIDS 2012 fl-Ewropa  Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hu r-riżultat tal-monitoraġġ miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u d-WHO Ewrope. L-ECDC u l-Kummissjoni jikkoperaw ukoll dwar proġetti ta' monitoraġġ speċifku, pereżempju dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' Dublin dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-UE u l-Asja Ċentrali.

Kooperazzjoni

Il-Kummissjoni waqqfet żewġ entitajiet biex jgħinuha fl-implimentazzjoni tal-politika u biex isaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-pajiżi, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali:

  • L-HIV/AIDS Think Tank Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hu forum b'rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE u pajjiżi ġirien biex isir skambju ta' informazzjoni u tissaħħaħ il-kooperazzjoni.
  • Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar l-HIV/AIDS Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hu grupp ta' netwerks Ewropej u NGOs ewlenin, li jagħtu parir lit-Think Tank dwar il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika.

Iż-żewġ gruppi jiltaqgħu darbetjn fis-sena.