Programm tas-saħħa

Min jista’ jipparteċipa?

L-Istati Membri tal-UE kollha, l-Iżlanda, in-Norveġja u s-Serbja jipparteċipaw fil-Programm tas-Saħħa, jiġifieri entitajiet reġistrati f’dawn il-pajjiżi huma eliġibbli biex jipparteċipaw fis-sejħiet għal proposti.

Għadd ta’ pajjiżi oħra bdew proċedura jew qegħdin fil-proċess li jiffirmaw ftehim bilaterali mal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 282/2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020). L-ismijiet tagħhom se jiġu pprovduti hekk kif titlesta l-proċedura u jiġu ffirmati l-ftehimiet.

Anke organizzazzjonijiet minn pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-programm huma inkoraġġuti li jinvolvu lilhom infushom, fejn dan jista' jkun ta' għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu mistiedna mill-imsieħba mill-pajjiżi parteċipanti, jekk il-kontribut tagħhom ikun ikkunsidrat utli. Madanakollu, dawn la jistgħu jagħtu l-kontribut finanzjarju tagħhom u lanqas jirċievu finanzjament mill-programm.

Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għal firxa kbira ta' organizzazzjonijiet li jinkludu:

  • Istituti ta' riċerka u universitajiet
  • Awtoritajiet pubbliċi
  • NGOs
  • Kumpaniji kummerċjali

Japplikaw regoli ta' parteċipazzjoni differenti, skont kif l-inizjattiva hi ffinanzjata. Id-dettalji huma speċifikati fil-pjan ta' ħidma annwali u fis-sejħa għal proposti u fis-sejħa għal offerti sussegwenti ppubblikati kull sena.