Min jista’ jipparteċipa?

Organizzazzjonijiet mill-pajjiżi tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE (l-Islanda u n-Norveġja biss), il-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha jistgħu jipparteċipaw fil-programm tas-saħħa, skont il-ftehimiet speċifiċi mal-UE.

Anke organizzazzjonijiet minn pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-programm huma inkoraġġuti li jinvolvu lilhom infushom, fejn dan jista' jkun ta' għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu mistiedna mill-imsieħba mill-pajjiżi parteċipanti, jekk il-kontribut tagħhom ikun ikkunsidrat utli. Madanakollu, dawn la jistgħu jagħtu l-kontribut finanzjarju tagħhom u lanqas jirċievu finanzjamenti mill-programm.

Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għal firxa kbira ta' organizzazzjonijiet li jinkludu:

  • Istituti ta' riċerka u universitajiet
  • Awtoritajiet pubbliċi
  • NGOs
  • Kumpaniji kummerċjali

Japplikaw regoli ta' parteċipazzjoni differenti, skont kif l-inizjattiva hi ffinanzjata. Id-dettalji huma speċifikati fil-pjan ta' ħidma annwali u s-sejħa għall-proposti ppubblikati kull sena.