Kif jaħdem dan kollu?

L-oqsma ta' prijorità u l-kriterji għall-azzjonijiet ta' finanzjament permezz tal-programm tas-saħħa huma stabbiliti kull sena fi pjan ta' ħidma Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (dan se jkun dalwaqt adottat).

Abbażi ta' dan, tiġi ppubblikata sejħa għal proposti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , bid-dettall tat-tipi differenti ta' skemi ta' finanzjament disponibbli u l-proċeduri li jridu jsiru.

Is-sejħiet għall-offerti huma wkoll ippubblikati matul is-sena.

L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna li jissottemettu l-programm ta' ħidma u prova tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom. L-applikazzjonijiet imbagħad huma evalwati u l-għotjiet offruti fuq bażi kompetittiva.

Il-proposti jiġu evalwati mill-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel, megħjuna minn esperti esterni.

L-esperti esterni jintgħażlu permezz ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Kull sena, il-proposti li se jkunu kkofinanzjati jitħabbru fid-deċiżjoni dwar l-għotjiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) . L-applikanti li l-proposti tagħhom jiġu minn ta' quddiem jiġu mistiedna jinnegozjaw kontribut finanzjarju f'forma ta' ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja.