X'inhuma l-mekkaniżmi ta' finanzjament?

Il-programm tas-saħħa jappoġġja azzjonijiet flimkien mat-23 prijorità tematika tal-programm tas-saħħa biex tittejjeb u tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u jgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw u jżommu s-sistemi tas-saħħa innovattivi u sostenibbli. Hemm mekkaniżmi ta' finanzjament differenti skont it-tip ta' azzjoni.

Jeżistu prinċipalment żewġ mekkaniżi ta' finanzjament: l-għotjiet u l-offerti. L-għotjiet jistgħu jkunu għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi, għotjiet diretti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u għotjiet lill-awtoritajiet u lill-entitajiet tal-Istati Membri għal azzjonijiet ikkofinanzjati (imsejħin azzjonijiet konġunti).

It-tip ta' finanzjament għal kull azzjoni hu stabbilit kull sena fi pjan ta' ħidma – bil-għan li jintlaħqu l-miri bl-aktar mod effiċjenti bil-kooperazzjoni sħiħa tal-partijiet interessati tal-programm.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (pereżempju fl-offerti), il-prinċipju bażiku hu ta' finanzjament konġunt: L-għotjiet tal-Kummissjoni jkopru ċertu perċentwal tal-ispejjeż kumplessivi.

Finanzjament għas-saħħa tal-UE