Stat ta' preparazzjoni u respons

Ġestjoni tar-riskji

Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-gvernijiet tal-UE biex jiġi żgurat li r-rispons tagħhom għal theddid serju transkonfinali għas-saħħa hu koerenti u kkoordinat kif suppost.

L-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-Kummissjoni tinkludi rekwiżit li huma javżaw dwar it-tipi kollha ta' theddidiet fil-livell tal-UE, mhux biss il-mard li jittieħed.

Eżempji reċenti ta' koordinazzjoni ta' theddidiet għas-saħħa huma l-firxa tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent u l-firxa reċenti tal-Poljo u l-MeRs .

Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa

Din l-entità tintuża mill-Kummissjoni biex tikkoordina l-miżuri għas-sigurtà tas-saħħa fl-UE. Hi twaqqfet wara l-attakki terroristiċi tal-2001 fl-Istati Uniti.

Matul is-snin il-Kumitat stabbilixxa bażi solida għall-attivitajiet ta' stat ta' preparazzjoni, billi:

  • għamilha possibbli għall-gvernijiet tal-UE sabiex jiskambjaw informazzjoni u jivvalutaw ġrajjiet li jirrigwardaw is-saħħa
  • iservi bħala forum ta' diskussjoni li jagħti pariri lill-ministri tas-saħħa
  • jiffaċilita rispons ikkoordinat għall-kriżi mill-gvernijiet tal-UE. 

Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa – kwistjonijiet prijoritarji u eżempji ta' attivitajiet 

Il-kumitat hu magħmul minn rappreżentanti minn kull amministrazzjoni nazzjonali, id-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u tal-Konsumaturi tal-Kummissjoni u dipartimenti rilevanti oħrajn tal-Kummissjoni u l-aġenziji (p.e. l-ECDC, l-EMA).

Rispons għal theddid serju transkonfinali għas-saħħa

Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa  tagħti l-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa bażi legali solida fil-koordinazzjoni tal-istat ta' preparazzjoni.

Tippermetti lill-Kumitat tas-Sigurtà għas-Saħħa biex jiddeċiedi malajr dwar il-koordinazzjoni ta’ risponsi nazzjonali u jikkomunika messaġġi lill-pubbliku u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa .