Immaniġġjar tar-riskji

Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-gvernijiet tal-UE biex jiġi żgurat li r-respons tagħhom għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa jkun koerenti u kkoordinat kif suppost.

L-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-Kummissjoni tinkludi rekwiżit li huma javżaw dwar it-tipi kollha ta' theddidiet fil-livell tal-UE, mhux biss il-mard li jittieħed.

Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa

Din l-entità tintuża mill-Kummissjoni biex tikkoordina l-miżuri għas-sigurtà tas-saħħa fl-UE. Hi twaqqfet wara l-attakki terroristiċi tal-2001 fl-Istati Uniti.

Matul is-snin il-Kumitat stabbilixxa bażi solida għall-attivitajiet ta' stat ta' tħejjija, billi:

  • għamilha possibbli għall-gvernijiet tal-UE sabiex jiskambjaw informazzjoni u jivvalutaw ġrajjiet li jirrigwardaw is-saħħa
  • iservi bħala forum ta' diskussjoni li jagħti pariri lill-ministri tas-saħħa
  • jiffaċilita respons koordinat għall-kriżi mill-gvernijiet tal-UE. 

Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa – kwistjonijiet prijoritarji u eżempji ta' attivitajiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Il-kumitat hu magħmul minn rappreżentanti minn kull amministrazzjoni nazzjonali, id-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u tal-Konsumaturi tal-Kummissjoni u dipartimenti rilevanti oħra tal-Kummissjoni u l-aġenziji (p.e. ECDC, EMA).

Respons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa

Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħapdf(808 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tagħti bażi legali soda lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa fil-koordinazzjoni tat-tħejjija.

Din tippermetti lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa biex jiddeċiedi malajr dwar il-koordinazzjoni tar-responsi nazzjonali u l-messaġġi ta’ komunikazzjoni għall-pubbliku u għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .