Stat ta' preparazzjoni u respons

Komunikazzjoni tar-riskji

Informazzjoni u komunikazzjoni ċara u effettiva mal-pubbliku u mal-gvernijiet tal-UE hi parti essenzjali tar-rispons tal-kriżi.

Il-Kummissjoni tipprova ttejjeb dan billi:

  • tiżviluppa strateġiji mal-UE kollha
  • tintegra aħjar lil min jikkomunika fil-proċess tal-immaniġġjar tal-kriżi
  • issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u mal-maniġers tar-riskji.

Netwerk ta' dawk li jikkomunikaw

Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC)  stabbilixxa netwerk li jlaqqa' flimkien lil dawk li jikkomunikaw minn awtoritajiet nazzjonali li jimmaniġġjaw ir-riskji, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE.

Fi ħdan l-UE, in-netwerk jgħin lil dawk li jikkomunikaw jikkooperaw ma' xulxin:

  • matul kriżi – jiskambjaw informazzjoni fl-istadji bikrin u jikkoordinaw strateġiji komuni u messaġġi lill-pubbliku.
  • fit-tul taż-żmien – jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar ir-riskji tas-saħħa/il-komunikazzjoni tal-kriżi u rikkmandazzjonijiet biex jiġi evitat il-mard ikkawżat mit-theddidiet.

Globalment, in-netwerk hu mezz importanti biex ma jinfirxux u jittaffew it-theddidiet globali tas-saħħa. Hu jagħmilha possibbli għall-UE li tifrex informazzjoni b'mod rapidu mad-dinja kollha, billi tikkonnettja ma' netwerks eżistenti ta' dawk li jikkomunikaw skont l-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa Dinjija  u n-netwerk tad-WHO skont ir-Regolamenti Internazzjonali għas-Saħħa (IHR).