Komunikazzjoni tar-riskji

Informazzjoni u komunikazzjoni ċara u effettiva mal-pubbliku u mal-gvernijiet tal-UE hi parti essenzjali tar-rispons tal-kriżi.

Il-Kummissjoni tipprova ttejjeb dan billi:

  • tiżviluppa strateġiji mal-UE kollha
  • tintegra aħjar lil min jikkomunika fil-proċess tal-immaniġġjar tal-kriżi
  • issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u mal-maniġers tar-riskji.

Netwerk ta' dawk li jikkomunikaw

Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) stabbilixxa netwerk li jlaqqa' flimkien lil dawk li jikkomunikaw minn awtoritajiet nazzjonali li jimmaniġġjaw ir-riskji, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE.

Fi ħdan l-UE, in-netwerk jgħin lil dawk li jikkomunikaw jikkooperaw ma' xulxin:

  • matul kriżi – jiskambjaw informazzjoni fl-istadji bikrin u jikkoordinaw strateġiji komuni u messaġġi lill-pubbliku.
  • fit-tul taż-żmien – jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar ir-riskji tas-saħħa/il-komunikazzjoni tal-kriżi u rikkmandazzjonijiet biex jiġi evitat il-mard ikkawżat mit-theddidiet.

Globalment, in-netwerk hu mezz importanti biex ma jinfirxux u jittaffew it-theddidiet globali tas-saħħa. Hu jagħmilha possibbli għall-UE li tifrex informazzjoni b'mod rapidu mad-dinja kollha, billi tikkonnettja ma' netwerks eżistenti ta' dawk li jikkomunikaw skont l-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa Dinjija Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u n-netwerk tad-WHO skont ir-Regolamenti Internazzjonali għas-Saħħa (IHR).