Stat ta' preparazzjoni u respons

Valutazzjoni tar-riskji

Bħala rispons għal theddida għas-saħħa li titfaċċa bejn il-fruntieri, l-ewwel pass kruċjali hu li jiġu vvalutati r-riskji.

Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa  tistabbilixxi mekkaniżmi rapidi u effiċjenti għall-valutazzjoni tar-riskji.

Din tinvolvi l-mobbilizzazzjoni ta' tagħrif espert mill-entitajiet rilevanti kemm tal-UE kif ukoll internazzjonali, biex jingħata parir xjentifiku qawwi li jiġi kkunsidrat fid-deċiżjonijiet tal-immaniġġjar tar-riskji .

Entitajiet konsultattivi ta' din ix-xorta jinkludu: