Stat ta' preparazzjoni u respons

Stat ta' preparazzjoni għall-influwenza pandemika

Influwenza pandemika tista' sseħħ kull meta vajrus ġdid tal-influwenza jitfaċċa li kontrih il-bniedem ma għandux immunità. Il-pandemiċi jista' jkunu severi u jinħtiġilhom livell ta' stat ta' preparazzjoni għoli.

L-istat ta' preparazzjoni għall-influwenza pandemika hu prijorità fin-netwerk tal-UE għal mard li jittieħed , li permezz tiegħu l-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi tal-UE biex jikkoordinaw aħjar il-prevenzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom kontra l-influwenza pandemika. 

Pjanijiet tal-istat ta' preparazzjoni

Pjanijiet speċifiċi jinsabu lesti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Il-pjan ta' stat ta' preparazzjoni tal-UE jidentifika r-rwoli u l-azzjonijiet għall-atturi fil-livell tal-UE u nazzjonali għal kull fażi ta' pandemika. Il-pjan hu kontinwament miżmum taħt reviżjoni biex jinkorpora l-aħħar żviluppi xjentifiċi u l-kwistjonijiet li qed jitfaċċaw.

Stima tal-istat ta' preparazzjoni nazzjonali

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), flimkien mal-Kummissjoni u mad-WHO, ivvaluta l-pjanijiet tal-istat ta' preparazzjoni nazzjonali kontra l-pandemiċi. Ara r-rapport tekniku għad-dettalji.

Skambju tal-aħjar prattiki

Saru għadd ta' konferenzi  flimkien ma' 27 pajjiż tal-UE u ma' 53 pajjiż tar-reġjun Ewropew tad-WHO biex jiġu identifikati l-elementi essenzjali tal-ippjanar pandemiku, biex tiġi skambjata l-aħjar prattika u biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u l-mezzi ta' progress.

Tilqim

Ftit pajjiżi tal-UE għandhom il-faċilitajiet li jipproduċu t-tilqim, għalhekk fl-eventwalità ta' pandemika, in-nuqqas ta' tilqim hu probabbli ħafna. Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) qabel ma' strateġija  li tiżgura li fornimenti adegwati ta' tilqim kontra l-influwenza jistgħu jkunu pprovduti malajr kemm jista' jkun fl-eventwalità ta' pandemika.

Rwol tal-Kummissjoni fl-eventwalità ta' pandemika

Fl-eventwalità ta' influwenza pandemika, il-Kummissjoni tmexxi l-koordinazzjoni fl-UE permezz tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija (EWRS) , li jinħtiġilha li l-awtoritajiet nazzjonali jgħarrfu lil xulxin dwar il-miżuri meħudin jew maħsubin. Il-Kummissjoni hi wkoll f'kuntatt permanenti ma' msieħba ewlenin bħall-ECDC, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), id-WDO u l-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa fid-Dinja (GHSI) .

Hekk kif id-WHO tiddikjara pandemika, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tissimplifika l-proċedura ta' tħaffif biex tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' tilqim kontra l-influwenza pandemika.