Stat ta' preparazzjoni għall-influwenza pandemika

Influwenza pandemika tista' sseħħ kull meta vajrus ġdid tal-influwenza jitfaċċa li kontrih il-bniedem ma għandux immunità. Il-pandemiċi jista' jkunu severi u jinħtiġilhom livell ta' stat ta' preparazzjoni għoli.

L-istat ta' preparazzjoni għall-influwenza pandemika hu prijorità fin-netwerk tal-UE għal mard li jittieħed Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , li permezz tiegħu l-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi tal-UE biex jikkoordinaw aħjar il-prevenzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom kontra l-influwenza pandemika. 

Pjanijiet tal-istat ta' preparazzjoni

Pjanijiet speċifiċi jinsabu lesti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Il-pjan ta' stat ta' preparazzjoni tal-UE jidentifika r-rwoli u l-azzjonijiet għall-atturi fil-livell tal-UE u nazzjonali għal kull fażi ta' pandemika. Il-pjan hu kontinwament miżmum taħt reviżjoni biex jinkorpora l-aħħar żviluppi xjentifiċi u l-kwistjonijiet li qed jitfaċċaw.

Stima tal-istat ta' preparazzjoni nazzjonali

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), flimkien mal-Kummissjoni u mad-WHO, ivvaluta l-pjanijiet tal-istat ta' preparazzjoni nazzjonali kontra l-pandemiċi. Ara r-rapport teknikupdf(2 MB) għad-dettalji.

Skambju tal-aħjar prattiki

Saru għadd ta' konferenzi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) flimkien ma' 27 pajjiż tal-UE u ma' 53 pajjiż tar-reġjun Ewropew tad-WHO biex jiġu identifikati l-elementi essenzjali tal-ippjanar pandemiku, biex tiġi skambjata l-aħjar prattika u biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u l-mezzi ta' progress.

Tilqim

Ftit pajjiżi tal-UE għandhom il-faċilitajiet li jipproduċu t-tilqim, għalhekk fl-eventwalità ta' pandemika, in-nuqqas ta' tilqim hu probabbli ħafna. Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) qabel ma' strateġija Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li tiżgura li fornimenti adegwati ta' tilqim kontra l-influwenza jistgħu jkunu pprovduti malajr kemm jista' jkun fl-eventwalità ta' pandemika.

Rwol tal-Kummissjoni fl-eventwalità ta' pandemika

Fl-eventwalità ta' influwenza pandemika, il-Kummissjoni tmexxi l-koordinazzjoni fl-UE permezz tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija (EWRS) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , li jinħtiġilha li l-awtoritajiet nazzjonali jgħarrfu lil xulxin dwar il-miżuri meħudin jew maħsubin. Il-Kummissjoni hi wkoll f'kuntatt permanenti ma' msieħba ewlenin bħall-ECDC, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), id-WDO u l-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa fid-Dinja (GHSI) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Hekk kif id-WHO tiddikjara pandemika, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tissimplifika l-proċedura ta' tħaffif biex tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' tilqim kontra l-influwenza pandemika.