Stat ta' preparazzjoni u respons

Akkwist Konġunt ta’ kontromiżuri mediċi

Il-firxa tal-influwenza pandemika H1N1 fl-2009 uriet id-dgħjufijiet fl-ugwaljanza tal-aċċess u l-poter tax-xiri għall-kisba ta' kondizzjonijiet kuntrattwali korretti fuq il-prezz, ir-responsabbiltà, il-kunfidenzjalità u l-flessibbilà tal-aġġustament tal-kwantitajiet ordnati mal-ħtiġijiet reali, fil-mekkaniżi li jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE għax-xiri ta' tilqim u medikazzjoni kontra l-pandemiji. 

Fl-2010, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tibda tħejji għal Akkwist Konġunt ta' tilqim fil-każ ta' pandemija futura.

Sabiex tiġi żgurata tħejjija fil-każ ta' firxa ġdida ta’ theddid għas-saħħa

Biex inkunu preparati għal firxa ta' theddid għas-saħħa serju li jaqsam il-fruntieri nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jidħlu fi proċedura ta' akkwist konġunt bit-tir li jixtru kontramiżuri mediċi, sabiex:

  • tilqim kontra l-pandemiji u kontramiżuri medici oħra jkunu jinstabu fi kwantitajiet suffiċjenti;
  • aċċess għal tilqim kontra l-pandemiji jew għal kontramiżuri mediċi garantit għall-Istati Membri parteċipanti kollha;
  • l-Istati Membri kollha jiġu trattati ugwalment u jistgħu jibbenefikaw minn kondizzjonijet kontrattwali korretti.

Il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt  li jiġi qabel il-proċedura tal-akkwist konġunt:

  • jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jmexxu l-proċedura;
  • jiddefinixxi l-proċess tat-teħid ta' deċijonijiet fil-konfront tal-għażla tal-proċedura;
  • jorganizza l-evalwazzjoni tal-offerti u r-rebħ tal-kuntratt.

Il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt jidħol fis-seħħ ladarba terz tal-Istati Membri parteċipanti jkunu ffirmawh.

Bażi legali

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni1082/2013/EU  

Ara wkoll: