Il-Kummissjoni tikkoordina l-miżuri tas-sigurtà tas-saħħa permezz tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC). L-HSC għandu rappreżentanti mill-pajjiżi kollha tal-UE, u jopera fi 3 oqsma prinċipali: l-istat ta' preparazzjoni ġenerika, l-influwenza, u t-theddid kimiku, bijoloġiku u radju-nukleari.
Fil-livell tal-UE, il-kumitat hu l-mekkaniżmu prinċipali għall-koordinazzjoni tal-isforzi fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa. Dan hu entità ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni informali li tikkonċentra kemm fuq theddid relatat mas-saħħa li jsir minn terroriżmu jew minn rilaxx maħsub ta' aġenti bijoloġiċi jew oħra, kif ukoll fit-titjib tal-livelli tal-istat ta' preparazzjoni għal theddid transkonfinali, b'mod partikulari dak ta' influwenza pandemika.

