Stat ta' preparazzjoni ġenerika għal theddid għas-saħħa pubblika.

L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-istat ta' preparazzjoni ġenerali għas-saħħa pubblika tiffoka fuq l-għoti ta' pariri lill-awtoritajiet nazzjonali u tiżgura li huma jinkludu d-dimensjoni tal-UE fil-pjanijiet ta' emerġenza tagħhom, billi l-liġi tal-UE f'ħafna oqsma tista' jkollha impatt fuqhom.

Strateġija fil-livell tal-UE:

  • tipprovdi sinsla għall-iżvilupp ta' pjanijiet nazzjonali biex jiġu indirizzati ġenerikament tipi differenti ta' theddid tas-saħħa – mistennija (pereżempju influwenza pandemika, aċċidenti u avvenimenti naturali), mhumiex mistennija, bħall-emerġenzi marbutin ma' atti maħsuba, aċċidenti u avvenimenti naturali, inklużi l-aġenti bijoloġiċi, kimiċi, fiżiċi jew radju-attivi (pereżempju epidemija tat-tip tas-SARS).
  • tgħin biex tkun żgurata l-interoperabilità tal-pjanijiet nazzjonali – permezz tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, tal-analiżi u tal-istrumenti tal-komunikazzjoni

Ippjanar għal stat ta' preparazzjoni ġenerika

Il-pjan għal stat ta' preparazzjoni ġenerika (Nov. 2005) jindirizza t-theddid għas-saħħa pubblika u l-emerġenzi li jaffettwaw jew li għandhom it-tendenza li jaffettwaw is-saħħa pubblika f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE. Hu jipprovdi bażi li fuqha l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jibnu l-pjanijiet ġeneriċi tagħhom jew speċifiċi għal marda, billi jenfasizzaw l-elementi ewlenin Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) meħteġin li jkunu indirizzati.

Ara wkoll id-dokument ta' gwida teknika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) română (ro) slovenščina (sl) suomi (fi) , li jinkludi rakkomandazzjonijiet u listi ta' verifika. Dan id-dokument kien aġġornat f'Diċembru 2009 u hu meqjus bħala dokument ħaj li jiġi aġġornat kif meħtieġ.

Taħriġ u eżerċizzji

L-istaff tal-Kummissjoni jingħatalhom taħriġ regolari biex ikunu ppreparati ħalli jaġixxu fl-eventwalità ta' kriżi.

Il-Kummissjoni torganizza wkoll eżerċizzji regolari biex tittestja l-pjanijiet tal-istat ta' preparazzjoni tal-UE u dawk nazzjonali, b'mod partikulari jekk l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet nazzjonali humiex kapaċi jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni u ma' xulxin biex jiskambjaw informazzjoni b'responsabbiltà interdipartimentali matul theddid għas-saħħa li jkun qed jiżviluppa b'mod mgħaġġel.

Mudelli

Mudelli matematiċi jintużaw biex jiġu analizzati l-firxa u l-kontroll ta' aġenti/sitwazzjonijiet perikolużi u jgħinu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jattwaw miżuri adegwati għal stat ta' preparazzjoni u għal prevenzjoni.

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-UE japplika dawn ix-xorta ta' mudelli biex jivvaluta l-impatt fuq is-saħħa pubblika ta' epidemiji u ta' pandemiji ta' mard li jittieħed, tat-tixrid ta' aġenti kimiċi u radju-nukleari, u tal-effetti tat-tibdil fil-klima.

In-netwerk għall-komunikaturi fil-kumitati għas-sigurtà tas-saħħa

Il-kumitat għas-sigurtà tas-saħħa (HSC) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) għandu netwerk ta' komunikazzjoni li jiġbor flimkien komunikaturi speċjalisti mill-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskji biex jiskambjaw bejniethom l-esperjenza u l-aħjar prattika dwar ir-riskju għas-saħħa u il-kriżi ta' komunikazzjoni.