Theddid kimiku, bijoloġiku u radju-nukleari

L-UE tikkoordina l-politiki nazzjonali biex jiġi miġġieled it-theddid ewlieni għas-saħħa pubblika bejn il-fruntieri, inkluż ir-rilaxx maħsub jew aċċidentali ta' aġenti KBRN. L-UE tiżviluppa wkoll l-istat ta' preparazzjoni u ta' pjanijiet ta' respons għal theddid KBRN fil-livell tal-UE.

X'inhu t-theddid KBRN??

L-istat ta' preparazzjoni tal-UE jiffoka fuq kull tip ta' periklu KBRN – magħmul mill-bniedem, naturali, aċċidentali jew maħsub, pereżempju kontaminazzjoni maħsuba tal-ilma ħelu, kontaminazzjoni radju-nukleari aċċidentali jew id-dehra ta' mard ġdid li jittieħed inkluż dak li jieħu l-forma pandemika.

Attivitajiet tal-UE

Attivitajiet għal stat ta' preparazzjoni/respons fil-livell tal-UE għal theddid KBRN jinkludu:

  • l-arranġamenti u l-istrateġiji għall-ġestjoni ta' kriżi
  • is-sistemi ta' komunikazzjoni li jagħqdu l-pajjiżi tal-UE
  • il-parir minn esperti dwar il-prevenzjoni, it-trattament u l-mitigazzjoni
  • l-istimi tar-riskju għas-saħħa
  • il-promozzjoni tar-riċerka f'temi relatati ma' oqsma KBRN

Qafas ta' ħidma organizzattiv għat-theddid KBRN fl-UE

Il-Kumitat tal-UE għas-Sigurtà tas-Saħħa, b'rappreżentanti mill-pajjiżi kollha tal-UE, hu l-entità prinċipali ta' koordinazzjoni għas-sigurtà tas-saħħa fl-UE. It-tliet sezzjonijiet tal-HSC huma (i) il-KBRN, (ii) l-influwenza u (iii) l-ippjanar ġeneriku tal-istat ta' preparazzjoni.

Inizjattiva Dinjija għas-Sigurtà tas-Saħħa

L-Inizjattiva Dinjija għas-Sigurtà tas-Saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hi partenarjat bejn uffiċjali tas-saħħa mill-pajjiżi tal-G7, il-Messiku, u l-Kummissjoni Ewropea, bil-partiċipazzjoni tad-WHO bħala osservatur.

Hi tipprovdi pjattaforma għal stat ta' preparazzjoni tas-sigurtà tas-saħħa fil-livell dinji u tipprovdi pariri matul emerġenzi tas-saħħa.

Eżempji ta' inċidenti reċenti KBRN

  • Azzar li ma jsaddadx ikkontaminat bil-kobalt-60
  • Polonju-210 użat bħala velenu
  • Ħalib ikkontaminat bil-melamina
  • Influwenza tat-tjur A(H5N1)