Gruppi tal-popolazzjoni

Politika

Għalkemm l-Ewropej huma b'saħħithom iktar minn qabel, għad hemm differenzi kbar bejn gruppi vari, kull grupp bl-isfidi u l-bżonnijiet speċifiċi.

Wieħed minn dawn il-gruppi hu dak tal-anzjani. L-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE tfittex li trawwem saħħa tajba fin-nies huma u jixjieħu, permezz ta' miżuri li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħitha u jipprevjenu l-mard matul il-ħajja kollha ta' persuna. Tenfasizza wkoll l-importanza tad-differenzi speċifiċi bejn is-sessi u t-tijtib tas-saħħa taż-żgħażagħ.

It-tfal u ż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea qegħda tieħu azzjoni  dwar kwistjonijiet ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-saħħa mentali, is-saħħa sesswali, l-ambjent b'saħħtu, l-inugwaljanzi fis-saħħa, id-droga u l-prevenzjoni tal-korriment.

Kwistjonijiet marbuta mad-differenzi bejn is-sessi

Id-differenzi bijoloġiċi bejn l-irġiel u n-nisa jistgħu jeffetwaw saħħithom b'mod differenti , bi problemi differenti li jkollhom bżonn kura differenti.

Minbarra dan, il-mard li jeffetwa ż-żewġ sessi wkoll jagħti riżultati u aċċess għall-kura tas-saħħa differenti bejn in-nisa u l-irġiel.

L-anzjani

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda għolja fin-numru ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

L-anzjani ovvjament għandhom bżonnijiet ta' kura tas-saħħa differenti  u hekk kif il-popolazzjoni qegħda tixjieħ, is-sistemi tas-saħħa għandhom bżonn jadattaw sabiex jipprovdu kura adegwata.