Gruppi tal-popolazzjoni

Kwistjonijiet marbutin mad-differenzi bejn is-sessi

L-effetti kemm bijoloġiċi u kemm soċjali jwasslu biex in-nisa u l-irġiel ikollhom riskji għas-saħħa differenti. Hemm differenzi fir-rekords dwar is-saħħa u fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa.

Fl-Ewropa, in-nisa jgħixu iktar mill-irġiel (82 sena mqabbla ma' 76 sena) iżda ż-żewġ gruppi jgawdu mill-istess numru ta' snin b'saħħa tajba (63 għan-nisa, 61 għall-irġiel).

Strateġija tal-UE dwar is-saħħa

L-istrateġija  tikkunsidra d-dimesjoni tas-sessi fil-politika tas-saħħa u tenfasizza l-bżonn li jkunu indirizzati l-inugwaljanzi bejn il-gruppi soċjali.

Is-saħħa tan-nisa

Ċertu mard - il-kanċer tas-sider, l-osteoporożi, disturbi marbutin mal-ikel – huma komuni aktar fin-nisa. Oħrajn – l-endometrijożi, il-kanċer ċervikali – jaffettwaw biss lin-nisa.

Ir-rapport 'Dejta u informazzjoni dwar is-Saħħa tan-Nisa fl-Unjoni Ewropea'  jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa tan-nisa.

Is-saħħa tal-irġiel

L-irġiel għandom iktar probabbiltà li jmutu mill-kanċers tal-pulmuni u kolorettali, il-mard tal-qalb iskemiku u aċċidenti tat-traffiku. Ċertu mard – bħall-kanċer tal-prostata – jaffettwa biss lill-irġiel.

Aktar informazzjoni dwar is-saħħa tal-bniedem fir-rapport 'Il-Qagħda tas-Saħħa tal-Irġiel fl-Ewropa' 

Ara wkoll il-verżjoni estiża  tar-rapport u l-fuljett 

Is-saħħa perinatali

Skont kif ikun definit, il-perjodu perinatali jibda' bejn l-20 u t-28 ġimgħa wara li tkun fertilizzata bajda u jispiċċa minn ġimgħa sa 4 ġimghat wara li t-tarbija titwieled. Hemm bżonn għarfien speċjalizzat sew jekk l-ommijiet u sew jekk it-trabi jkollhom problemi ta' saħħa perinatali  f'dan iż-żmien kruċjali.

Ara wkoll l-iskrining ta' qabel it-twelid

Saħħa riproduttiva

Is-saħħa riproduttiva  hija importanti għalina lkoll, b'mod partikolari jekk ikun hemm ix-xewqa għat-tfal u jkun hemm problemi meta mara tkun qed tipprova tinqabad tqila. Billi n-nies sar ikollhom it-tfal iktar tard, hemm dejjem iktar bżonn ta' informazzjoni dwar problemi riproduttivi.