Kwistjonijiet marbutin mad-differenzi bejn is-sessi

L-effetti kemm bijoloġiċi u kemm soċjali jwasslu biex in-nisa u l-irġiel ikollhom riskji għas-saħħa differenti. Hemm differenzi fir-rekords dwar is-saħħa u fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa.

Fl-Ewropa, in-nisa jgħixu iktar mill-irġiel (82 sena mqabbla ma' 76 sena) iżda ż-żewġ gruppi jgawdu mill-istess numru ta' snin b'saħħa tajba (63 għan-nisa, 61 għall-irġiel).

Strateġija tal-UE dwar is-saħħa

L-istrateġija Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tikkunsidra d-dimesjoni tas-sessi fil-politika tas-saħħa u tenfasizza l-bżonn li jkunu indirizzati l-inugwaljanzi bejn il-gruppi soċjali.

Is-saħħa tan-nisa

Ċertu mard - il-kanċer tas-sider, l-osteoporożi, disturbi marbutin mal-ikel – huma komuni aktar fin-nisa. Oħrajn – l-endometrijożi, il-kanċer ċervikali – jaffettwaw biss lin-nisa.

Ir-rapport 'Dejta u informazzjoni dwar is-Saħħa tan-Nisa fl-Unjoni Ewropea' Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet relatati mas-saħħa tan-nisa.

Is-saħħa tal-irġiel

L-irġiel għandom iktar probabbiltà li jmutu mill-kanċers tal-pulmuni u kolorettali, il-mard tal-qalb iskemiku u aċċidenti tat-traffiku. Ċertu mard – bħall-kanċer tal-prostata – jaffettwa biss lill-irġiel.

Aktar informazzjoni dwar is-saħħa tal-bniedem fir-rapport 'Il-Qagħda tas-Saħħa tal-Irġiel fl-Ewropa' Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Ara wkoll il-verżjoni estiża Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tar-rapport u l-fuljett Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) français (fr)

Is-saħħa perinatali

Skont kif ikun definit, il-perjodu perinatali jibda' bejn l-20 u t-28 ġimgħa wara li tkun fertilizzata bajda u jispiċċa minn ġimgħa sa 4 ġimghat wara li t-tarbija titwieled. Hemm bżonn għarfien speċjalizzat sew jekk l-ommijiet u sew jekk it-trabi jkollhom problemi ta' saħħa perinatali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) f'dan iż-żmien kruċjali.

Ara wkoll l-iskrining ta' qabel it-twelid Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Saħħa riproduttiva

Is-saħħa riproduttiva Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hija importanti għalina lkoll, b'mod partikolari jekk ikun hemm ix-xewqa għat-tfal u jkun hemm problemi meta mara tkun qed tipprova tinqabad tqila. Billi n-nies sar ikollhom it-tfal iktar tard, hemm dejjem iktar bżonn ta' informazzjoni dwar problemi riproduttivi.