Gruppi tal-popolazzjoni

Anzjani

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda għolja fin-numru ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

Aspettattiva tal-ħajja itwal hija ovvjament riżultat pożittiv tal-progress. Iżda l-ħajja itwal iżżid ir-riskji ta' mard fiżiku, sensorjali u mentali.

It-tnaqqis ta' dawn ir-riskji jiżgura li, aħna u nixjieħu, inkomplu ngwadu kwalità ta' ħajja tajba, indipendenza u ċ-ċans li nibqgħu attivi fis-soċjetà u fil-familji tagħna.

Politika

Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata lejn xjuħija b'saħħtu u dinjituż għall-Ewropej. 

Snin ta' Ħajja b'Saħħitha

L-indikatur tas-snin ta' ħajja b'saħħitha  huwa indiċi effettiv biex ikun immonitorjat ix-xjuħija b'saħħtu.

Jgħaqqad l-istennija tal-ħajja sempliċi (il-mortalità) mal-istat ta' ħajja (id-diżabbiltà) biex jagħti indikazzjoni kumplessiva tat-tul ta' żmien li n-nies jgħixu b'saħħithom.