Anzjani

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda għolja fin-numru ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

Aspettattiva tal-ħajja itwal hija ovvjament riżultat pożittiv tal-progress. Iżda l-ħajja itwal iżżid ir-riskji ta' mard fiżiku, sensorjali u mentali.

It-tnaqqis ta' dawn ir-riskji jiżgura li, aħna u nixjieħu, inkomplu ngwadu kwalità ta' ħajja tajba, indipendenza u ċ-ċans li nibqgħu attivi fis-soċjetà u fil-familji tagħna.