Gruppi tal-popolazzjoni

It-tfal u ż-żgħażagħ

Is-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni.

Minbarra li tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' stil ta' ħajja b'saħħtu, il-Kummissjoni hija impenjata li tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex isiru imsieħba attivi fl-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu s-saħħa. Bħala parti mill-isforzi ġodda tagħha, spjegati fl-istrateġija dwar is-saħħa tal-UE , il-Kummissjoni waqqfet l-inizjattiva Żgħażagħ u Saħħa.

Inizjattiva żgħażagħ u saħħa

Fl-Lulju 2009, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Inizjattiva Żgħażagħ u Saħħa

X'inhuma l-għanijiet?

  • L-involviment iktar mill-qrib taż-żgħażagħ fil-politiki dwar is-saħħa
  • Iż-żgħażagħ isiru msieħba fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
  • Ikun hemm firxa ikbar ta' setturi involuti fil-programmi ta' prevenzjoni intenzjonati għaż-żgħażagħ
  • Għajnuna għall-pajjiżi tal-UE biex itejjbu s-saħħa taż-żgħażagħ

Min hu involut?

  • żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • partijiet oħra interessati fis-saħħa u fiż-żgħażagħ
  • il-pajjiżi tal-UE.