It-tfal u ż-żgħażagħ

Is-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni.

Minbarra li tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' stil ta' ħajja b'saħħtu, il-Kummissjoni hija impenjata li tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex isiru imsieħba attivi fl-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu s-saħħa. Bħala parti mill-isforzi ġodda tagħha, spjegati fl-istrateġija dwar is-saħħa tal-UEpdf(246 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , il-Kummissjoni waqqfet l-inizjattiva Żgħażagħ u Saħħa.

Inizjattiva żgħażagħ u saħħa

Fl-Lulju 2009, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Inizjattiva Żgħażagħ u Saħħa

X'inhuma l-għanijiet?

  • L-involviment iktar mill-qrib taż-żgħażagħ fil-politiki dwar is-saħħa
  • Iż-żgħażagħ isiru msieħba fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
  • Ikun hemm firxa ikbar ta' setturi involuti fil-programmi ta' prevenzjoni intenzjonati għaż-żgħażagħ
  • Għajnuna għall-pajjiżi tal-UE biex itejjbu s-saħħa taż-żgħażagħ

Min hu involut?

  • żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • partijiet oħra interessati fis-saħħa u fiż-żgħażagħ
  • il-pajjiżi tal-UE.