Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa

Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa huma dawk li pazjent jista' joħodom meta jkun qed jirċievi kura tas-saħħa u/jew matul iż-żmien li jkun ingħata l-kura f'istituzzjoni tas-saħħa (jiġifieri kura ta' ġurnata, kura fi sptar, u kura fit-tul). Fl-isptarijiet, dawn l-infezzjonijiet jissejħu "infezzjonijiet mill-isptar" u annwalment jaffettwaw madwar 4.1 miljun pazjent fl-UE u jikkawżaw żidiet konsiderevoli fil-mard, fl-imwiet u fl-ispejjeż. Ta' spiss dawn huma diffiċli li jiġu kkurati minħabba li l-mikroorganiżmi li jikkawżawhom jirreżistu l-antibijotiċi.

Barra minn hekk, biż-żieda fil-mobilità tal-popolazzjonijiet fis-sistemi tal-kura tas-saħħa jew bejniethom u l-libertà fl-UE għat-tiftix ta' kura medika barra l-pajjiż ta' residenza, il-mikroorganiżmi reżistenti jistgħu jinfirxu b'mod rapidu bejn il-pajjiżi.

Iċ-

Azzjoni tal-UE dwar l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa

Gvernijiet membri mħeġġin kemm biex jintroduċu jew jirrinforzaw il-miżuri ta' prevenzjoni, is-sorveljanza, it-taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-informazzjoni għall-pazjenti kif ukoll li jagħtu appoġġ lir-riċerka.

  • 2006 – Kummenti rigward il-konsultazzjoni dwar l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • 2005 – Konsultazzjoni pubblika tal-UE - il-prevenzjoni/il-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • 2005 – Rapport tal-UE dwar l-użu prudenti ta' aġenti antimikrobiċi fil-mediċina Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Jenfasizza li mhux biss it-tfaċċar, iżda wkoll it-tixrid hu fattur importanti fil-problema tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.