Nutrizzjoni u attività fiżika

Politika

Fl-Ewropa llum, 6 mis-7 l-aktar fatturi ta' riskji ta' mwiet prematuri – il-pressjoni tad-demm, il-kolesterol, l-Indiċi ta' Massa tal-Ġisem, in-nuqqas ta' frott u ħaxix, in-nuqqas ta' attività fiżika u l-abbuż tal-alkoħol – huma relatati ma' kif nieklu, nixorbu u niċċaqalqu.

Iż-żieda tal-piż żejjed u tal-obeżità fl-Ewropa hi partikularment ta' preokkupazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ approċċ integrat, li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

Strateġija

L-Istrateġija dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed, u Kwistjonijiet ta' Saħħa relatati mal-Obeżità  tal-Kummissjoni tal-2007 għandha l-għan li tikkontribwixxi biex jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma' nutrizzjoni ħażina u ma' ammont limitat ta' attività fiżika fl-Unjoni Ewropea.

Fl-2014, il-Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika  adotta Pjan ta' Azzjoni dwar l-Obeżità fit-Tfal  bl-għan li titwaqqaf iż-żieda tal-obeżità fit-tfal sal-2020. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika kienu adottati f'Ġunju 2014. F'Settembru 2Azzjoni Konġunta dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika, li tinvolvi 25 Stat Membru.

Ħarsa ġenerali lejn id-dokumenti rilevanti kollha tal-politika tal-UE fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika tista’ tinstab hawn .

Koordinazzjoni

Promozzjoni u appoġġ

Il-Kummissjoni tipprovdi fondi lil diversi inizjattivi li jindirizzaw in-nutrizzjoni u l-attività fiżika permezz tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika  tagħha.

Tirċievi wkoll fondi addizzjonali mill-Parlament Ewropew għal proġetti pilota  biex tittejjeb l-azzjoni politika futura fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika u biex jiġu identifikati prattiki tajbin li jistgħu jintużaw ħalli dawn il-proġetti jiġu replikati fi bliet jew reġjuni Ewropej oħrajn.

Informazzjoni

Indikaturi tas-saħħa dwar in-nutrizzjoni