Nutrizzjoni u attività fiżika

Grupp ta' Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika

Il-grupp ta' livell għoli għan-nutrizzjoni u l-attività fiżika mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea hu grupp magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet Ewropej li jittrattaw din il-kwistjoni.

Min huma l-membri tiegħu?

Rappreżentanti tal-gvernijiet kollha mit-28 pajjiżi membri kollha tal-UE u minn 2 pajjiżi tal-EFTA (in-Norveġja, l-Iżvizzera).

X'jagħmel?

Hu jipprova jfittex soluzzjonijiet Ewropej għall-kwistjonijiet relatati mal-obeżità billi

  • joffri ħarsa ġenerali tal-politiki governattivi dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika

  • jgħin lill-gvernijiet jaqsmu ideat u prattiki politiċi (pereżempju l-iddisinjar mill-ġdid tal-ambjent biex jiġi inkuraġġut l-użu tar-roti, il-mixi u forom oħra ta' attività ta' kuljum, jew ir-riformulazzjoni ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom anqas melħ, xaħam jew zokkor).

  • itejjeb il-koordinazzjoni bejn il-gvernijiet u l-pjattaforma tal-UE dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa , biex sħubijiet pubbliċi-privati rilevanti jistgħu jiġu identifikati malajr u jsir ftehim dwarhom.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli ffoka b’mod attiv fuq l-obeżità fit-tfal. Għalhekk ippubblika Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità għall-perjodu 2014-2020 .

Ġab ukoll appoġġ fir-riformulazzjoni  ta' prodotti manufatturati, partikolarment fit-tnaqqis tal-ammont ta' melħ, xaħam saturat  u zokkor miżjud  f'dawn il-prodotti (ħarsa ġenerali tal-2015 ta' inizjattivi nazzjonali tal-Istati Membri dwar nutrijenti magħżula ).

Il-Grupp ta' Livell Għoli għandu laqgħat konġunti regolari mal-Pjattaforma dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa.

Meta jiltaqa'?

Tal-anqas 3 darbiet fis-sena – ara l-minuti tal-laqgħat tal-grupp għan-nutrizzjoni .

Jista' wkoll jitlob lill-Kummissjoni biex issejjaħ esperti ħalli jippreparaw il-bażi tal-inizjattivi tiegħu bħall-kampanji ta' riformulazzjoni dwar il-melħ , ix-xaħam u z-zokkor.

Filmat dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika


Ikklikkja l-buttuna tal-lemin/Issejvja f'format AVI (.avi) jew f'format Quicktime (.mov) biex tiddawnlowdja l-filmat