Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 91, IS 31 ta´ Mejju 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Jum Dinji Mingħajr Tabakk – Dawk li jieqfu jpejpu ma jżommhom xejn


Ta' Despina Spanou, Konsulent Prinċipali, Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea



It-tabakk huwa spiss ikkwotat bħala għażla personali tal ħajja li għalhekk m'għandu jkun hemm ebda intervent regolatorju. Fil-fatt, it-tabakk huwa wieħed mill-erba’ fatturi ta’ riskju li jwassal għal mard kroniku, illum responsabbli għal 63% tal-imwiet kollha fid-dinja. TIdher ħaġa stramba iżda n-nies ikomplu jpejpu; fil-fatt l-Ewrobarometru ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea llum, juri li kważi wieħed minn kull tliet żgħażagħ fl-UE jpejpu. Barra minn hekk impressjonanti li 70% ta' dawk li jpejpu u dawk li waqfu jpejpu bdew ipejpu qabel l-età ta’18-il sena. Dan huwa għaliex is-sensibilizzazzjoni minn età bikrija hija importanti u għal dik ir-raġuni l-Kummissjoni Ewropea mexxiet kampanji ta' għarfien dwar it-tabakk bħala element importanti tal-politika tat-tabakk tagħha.

 

"Dawk li jaqgħtu it-tipjip ma jżommhom xejn" hija l-iktar kampanja riċenti tal-UE biex tgħin lil min ipejjep jaqta' l-vizzju permezz ta' pariri prattiċi u għodod li jippermettulhom li jibqgħu ħielsa mit-tipjip. Permezz tal-promozzjoni fl-istampa, fil-midja diġitali u soċjali, il-kampanja laħqet aktar minn 300 miljun Ewropew s’issa.

 

Billi l-kampanja timmira lil żgħażagħ ta' bejn il-25 u l-35 sena, hija adattata għal realtà tagħhom. Billi kwalunkwe Ewropew ta' dik l-età huwa konxju mir-riskji tat-tipjip għal saħħtu, hemm bżonn strateġija pożittivi biex jaqta' t-tipjip, li tispjega d-diversi benefiċċji għaż-żgħażagħ li jirnexxielhom jeħilsu mid-dipendenza tagħhom, u tipprovdihom b'għodda fl-ambjent li huma mdorrijin bih, bħal onlajn, u midja diġitali u soċjali.

 

Icoach huwa l-għodda li tipprovdi għajnuna prattika – s'issa 170,000 Ewropew użawha. Hija innovattiva billi tadatta għall-bżonnijiet tal-utent, kemm jekk ipejjep kif ukoll jekk kien ipejjep u ma jridx jerġa' jibda. Hija interattiva u ovvjament bla ħlas.

 

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Mingħajr Tabakk ta' din is-sena il-Kummissjoni Ewropea qed żżid l-isforzi tagħha iktar billi tniedi fażi ġdida tal-kampanja, inkluż l-ewwel karta dwar il-waqfien mit-tipjip matul it-titjira b'suġġerimenti dwar il-waqfien mit-tipjip. L-idea hija biex dak l-aħħar sigarett li wieħed ipejjep qabel id-dħul l-ajruport għal titjira, isir l-aħħar sigarett – il-mezz tal-libertà mid-droga, il-bidu ta' vjaġġ għal ħajja mingħajr tabakk, b'saħħitha u għalhekk aktar kuntenta.

 

Fi stima konservattiva, it-tabakk joqtol iktar minn 695,000 ruħ kull sena fl-UE. It-tipjip għadu l-akbar kawża ta' mewt u mard li jista' jiġi evitat fl-Ewropa. Minħabba dan matul l-aħħar 10 snin l-UE uriet konsistentement tmexxija qawwija fil-kontroll tat-tabakk globali. Issa nafu li dan iwieġeb ukoll għall-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna: L-Ewrobarometru ppubblikat din il-ġimgħa juri li l-maġġoranza kbira taċ-ċittadini tal-UE jilqgħu miżuri aktar qawwija għall-kontroll tat-tabakk.

 

Nittamaw li l-kampanja tagħna tagħti riżultati billi ġġib bidla reali fl-għadd ta' dawk li jpejpu madwar l-UE. M‏atul iż-‏żminijiet diffiċli attwali, ilkoll għandna bżonn bidla pożittiva; Dan huwa l-għan u l-ispirtu tal-kampanja "Dawk li jaqgħtu it-tipjip ma jżommhom xejn".





Aħbarijiet mill-UE


Għid tieghek dwar il-Portal tas-Saħħa-UE

Għina biex nevalwaw il-portal billi tieħu sehem fl-istħarriġ onlajn tagħna.


Il-Kummissjoni tippubblika Ewrobarometru ġdid dwar d-drawwiet tat-tipjip

Kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-proporzjon ta' nies esposti għad-duħħan tat-tipjip fir-ristoranti u l-barsli jirrifletti regolamenti iktar stretti dwar it-tipjip f'postijiet pubbliċi li ddaħħlu minn ħafna Stati Membri sa mill-2009.


Viżjoni ġdida tas-saħħa għall-Ewropa

Ir-rapport mit-Task Force tal-UE dwar is-saħħa-e jiddeskrivi l-konklużjonijiet dwar il-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja r-riorganizzazzjoni fundamentali tal-kura tas-saħħa biex tuża t-teknoloġiji tal-informazzjoni eżistenti.


Żieda f'kansers u fil-problemi dwar il-fertilità jistgħu jiġu kkawżati minn kimiċi u farmaċewtiċi fid-dar

Kimiċi li jgerfxu s-sistema tal-ormoni jistgħu ikunu fattur li kkontribwixxa għal żidiet sinifikanti f'kansers, dijabete, obeżità u tnaqqis tal-fertilità.


Pariri tas-saħħa għas-sapporters tal-futbol li jivvjaġġaw

Sapporters li jivvjaġġaw lejn il-Kampjonat tal-Futbol UEFA EURO 2012 fil-Polonja u l-Ukraina jistgħu jiksbu parir dwar is-saħħa.



Rapporti minn madwar l-Ewropa


Ä ermanja

"Null Alkohol – Voll Power"

Bis-slogan "Żero alkoħol – Poter sħiħ", iċ-Ċentru Federali għal-Edukazzjoni dwar is-Saħħa (BZgA) ħabbar il-kampanja ġdida dwar il-prevenzjoni tal-konsum tal-alkoħol fost l-adolexxenti ta' bejn it-12 u s-16-il sena.


Renju Unit

Ippubblikat il-pjan għas-sħana qawwija għall-Ingilterra 2012

Il-pjan għas-sħana qawwija u l-pariri li jakkumpanjawh huma maħsuba biex iqajjmu kuxjenza pubblika u professjonali dwar kif għandha ssir tħejjija fil-każ ta' temp sħun qawwi dan is-sajf.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Kummissjoni tadotta lista importanti ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi fit-tikketti tal-ikel u fir-reklamar

Il-Kummissjoni approvat lista ta' 222 indikazzjonijiet dwar is-saħħa. Din il-lista hija bbażata fuq pariri xjentifiċi sodi.




Avvenimenti li ġejjin


Ristrutturar tas-sistemi tas-saħħa: Kif tippromwovi s-saħħa (Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2012)

Il-konferenza annwali tal-2012 tal-Alleanza tas-Saħħa Pubblika Ewropea (EPHA) hija ospitata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Miftuħa għal kulħadd u bla ħlas, id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija s-16 ta' Mejju 2012.


Reviżjoni tal-istrateġija OSH tal-UE għall-2007-2012 u l-prijoritajiet għall-ġejjieni (Kopenħagen, 28-29 June)

Il-Konferenza tieħu kont tar-riżultati tal-istrateġija attwali tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol u tistabbilixxi prijoritajiet għall-ġejjieni.


L-għaxar Kungress Ewropew tan-Newropatoloġija (Edinburgu, 6-9, Ġunju 2012)

Il-Konfederazzjoni Ewropea tas-soċjetajiet newropatoloġiċi (Euro-CNS) u s-Soċjetà Newropatoloġika Brittanika (BNS) jospitaw l-għaxar kungress Euro-CNS.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Ir-riżultati tal-Ewrobarometru Kwalitattiv dwar l-involviment tal-pazjent fil-kura tas-saħħa

Intervisti aktar fil-fond ma' pazjenti u professjonisti tal-kura tas-saħħa fi 15-il Stati Membru tal-UE biex jiġu eżaminati l-opinjonijiet, l-isfidi u l-opportunitajiet biex tinkiseb stampa ċara dwar dak li jaħsbu l-pazjenti u t-tobba dwar l-involviment tal-pazjent.


Ir-Rapport statistiku tas-Saħħa Dinjija 2012

Ir-rapport statistiku tas-Saħħa Dinjija 2012 tad-WHO jenfasizza l-problema dejjem tikber ta' mard li ma jitteħidx.


Il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidx fin-Netwerk tas-Saħħa tal-Ewropa tax-Xlokk – Analiżi ta’ kollaborazzjoni intersettorjali

L-akbar piz tal-mard huwa attribwit għal mard li ma jitteħidx. Din il-pubblikazzjoni mid-WHO tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-għodod eżistenti għall-implimentazzjoni tal-azzjoni u tenfasizza l-iżviluppi fl-oqsma tat-tabakk u n-nutriment fl-Ewropa tax-Xlokk.




Fokus


Jum Dinji Mingħajr Tabakk – Dawk li jieqfu jpejpu ma jżommhom xejn


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Is-saħħa pubblika – Tabakk

Il-Kummissjoni Ewropea - Saħħa Pubblika

Saħħa-UE - Tabakk

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Il-Kummissarju Dalli jippreżenta l-kampanja "Dawk li jieqfu jpejpu ma jżommhom xejn" lill-midja f'Malta

Il-Kummissarju Dalli jispjega l-kampanja lit-tfal u l-ġurnalisti f'bitħa ta' skola.


L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (UE-OHSA) nediet kampanja "Il-post tax-xogħol mingħajr tipjip"

EU-OSHA tieħu sehem fil-Jum Dinji Mingħajr Tabakk, bil-varar tal-kampanja ta’sensibilizzazzjoni tagħha "Il-post tax-xogħol mingħajr tipjip".


M'hemmx tipjip waqt il-Euro 2012

L-erbatax-il Kampjonat Ewropew tal-Futbol (EURO 2012) tal-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol Ewropej (UEFA) se tkun ħielsa mit-tabakk.


Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali tad-DĠ SANCO tniedi fażi ġdida tal-kampanja "Dawk li jieqfu jpejjpu ma jżommhom xejn".

L-ewwel “karta tal-waqfien mit-tipjip matul it-titjira” fid-dinja se tiġi mnedija llum għan-nom tal-kampajna “Dawk li jieqfu jpejjpu ma jżommhom xejn” mal-linja tal-ajru TAP u bi sħubija mas-Soċjetà Ewropea Respiratorja (ERS) u l-Fondazzjoni Ewropea tal-Pulmun (ELF).



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli


Ġejt biex nikkura snieni, u mhux biex naqta' t-tipjip!

Minn Monika Cetera, nominata nazzjonali għall-Polonja u rebbieħa tal-premju speċjali dwar il-waqfien mit-tipjip 2011.


Il-kanser tal-pulmun joqtol Rumen kull 16-il minuta. Testimonjanza ta’ żagħżugħ li jpejjep li miet b'din il-marda

Minn Paula Herlo, Amalia Enache, nominati nazzjonali għar-Rumanija 2011.


Ma, Mickey Mouse qed ipejjep!

Minn Nataša Markovič, Barbara Pance, nominati nazzjonali għas-Slovenja 2011



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


In-Nisa fl-Ewropa kontra l-kanser tal-Pulmun u t-Tipjip (WELAS)

L-għan tal-proġett huwa li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanser tal-pulmun fost in-nisa Ewropej


Tipjip fil-films

Tħares lejn it-tipjip f'films Ewropej u tivvaluta l-assoċjazzjoni tiegħu mat-tipjip fost l-adolexxenti Ewropej.



Ħoloq interessanti oħra


Dawk li jieqfu jpejpu ma jżommhom xejn - kampanja li toffri għajnuna bla ħlas biex tieqaf tpejjep


Partenarjat Smokefree


Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip u l-konsum tat-tabakk


PPACTE – Politiki tal-Prezzijiet u l-kontroll tat-tabakk fl-Ewropa


Is-saħħa pubblika – twissijiet tas-saħħa bil-miktub ġodda għall-prodotti tat-tabakk


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk