Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 77, IS 6 ta´ Ottubru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Is-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea dwar Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu: l-użu tat-teknoloġija għal ħajja aħjar

Minn Paola Testori Coggi, Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea

Is-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea hi t-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea għall-isfida li jiġu żviluppati metodi innovattivi li jtejjbu l-kwalità tal-ħajja għall-popolazzjoni li qed tixjieħ, u li jippermettu li l-persuni jibqgħu attivi iktar fit-tul. Għalhekk, l-għan tagħna hu li nużaw kontinwament it-teknoloġija li dejjem tevolvi għall-applikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja ta' kuljum. L-għan aħħari tagħna hu li nibnu sett ta' applikazzjonijiet li jservu ta' eżempju.

Is-Sħubija tgħaqqad lill-atturi ewlenin fis-settur tas-saħħa u l-kura, inklużi r-riċerkaturi, in-negozjanti, il-fassala tal-politika, l-organizzazzjonijiet, l-utenti li għandhom l-għarfien u l-istimolu għall-innovazzjoni fit-tliet oqsma ewlenin:

- il-kura
- il-prevenzjoni, l-iskrining u d-dijanjosi bikrija
- il-ħajja u t-tixjiħ indipendenti.

F'dan il-kompitu, li hu innovazzjoni fih innifsu, l-imsieħba involuti qed joffru l-kapaċità tagħhom biex jagħmlu s-Sħubija suċċess. L-iSteering Group, li jiġbor 33 rappreżentant ta' livell għoli, hu l-entità ta' tmexxija tas-Sħubija. Il-grupp hu
ko-presedut mill-Kummissarji għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur u l-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali.

L-għanijiet prinċipali tas-Sħubija huma li bejn illum u l-2020, il-medja tal-ħajja f'saħħitha tal-Ewropej tiżdied b'sentejn u li jinkisbu tliet rebħiet li jgawdu minnhom l-anzjani, is-sistemi tal-kura soċjali u l-industrija tal-UE permezz ta' swieq u opportunitajiet ġodda ta' negozju.

Fil-Kummissjoni Ewropea għandna fiduċja li fl-2012, li se tkun is-Sena għal Tixjiħ Attiv, se nkunu nistgħu inniedu l-fażi ta' implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu. Se tkun il-bidu ta' era ġdida li nisperaw li ġġib soluzzjonijiet reali, prattiċi u innovattivi biex titjieb il-ħajja taċ-ċittadini tagħna.

Aħbarijiet mill-UE

Rapport ta' sinteżi dwar il-konsultazzjoni pubblika dwar is-sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea dwar it-tixjiħ attiv u f'saħħtu

Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor ix-xejriet ewlenin u l-opinjonijiet li ntbagħtu lill-partijiet interessati.

Ir-rapport Ewropew dwar il-prevenzjoni tat-trattament ħażin tal-anzjani

Dan ir-rapport jenfasizza l-fatturi bijoloġiċi, soċjali, kulturali, ekonomiċi u ambjentali li jinfluwenzaw ir-riskju tat-trattament ħażin tal-anzjani.

It-tagħmir mediku li issa hu kopert mis-sit web tal-Kummissjoni dwar is-saħħa pubblika

It-taqsima l-ġdida dwar it-tagħmir mediku tas-sit web toffri ammont vast ta' kontenut dwar suġġetti bħall-qafas regolatorju, il-kompetittività, oqsma ta' żvilupp, u politiki oħrajn.

L-istqarrija tal-UE dwar id-Dikjarazzjoni Politika tan-NU dwar il-Mard li ma jittiħidx

L-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat dikjarazzjoni politika dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jittiħidx, u qablet li tikkoordina l-azzjoni fil-livell dinji.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Italja

Tpejjipx, kun kuntent

Kampanja fuq tliet snin kontra t-tipjip, speċjalment (iżda mhux esklussivament) għaż-żgħażagħ, maqsuma f'sitt attivitajiet. Organizzata mill-Fondazione Umberto Veronesi.

Franza

Kampanja kontra x-xorb u d-drogi

Tnediet kampanja bi tliet fergħat fit-territorji Franċiżi lil hinn mill-kontinent bl-għan li tevita l-abbuż mid-drogi u l-alkoħol fost iż-żgħażagħ.

Avvenimenti li ġejjin

L-14-il Forum dwar is-Saħħa Ewropea (Gastein, 5-8 ta' Ottubru 2011)

Pjattaforma għad-diskussjoni għall-partijiet interessati differenti fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa.

Il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali (l-10 ta' Ottubru 2011)

Il-Jum jippromwovi diskussjoni iktar miftuħa tal-mard mentali, u investiment fis-servizzi tal-prevenzjoni u l-kura.

Iċ-Ċarezza u l-Kwalità: Kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi Ewropej Eqreb lejn ir-Realtà (Brussell, 20 ta' Ottubru 2011)

Din il-konferenza se tiddiskuti l-mekkaniżmi biex titjieb il-kwalità u s-sigurtà tal-kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi u tesplora soluzzjonijiet għall-isfidi eżistenti għar-rimbors.

Laqgħa ta' raggruppament dwar proġetti fil-qasam tal-mard rari (fil-Lussemburgu, 25 - 26 ta' Ottubru 2011)

Riżultati ta' proġetti fil-qasam tal-mard rari u kif tista' tittaffa l-ħajja tal-morda, kif ukoll l-impatt aktar miftuħ tal-politiki relatati ta' SANCO.

Il-11-il Konferenza Ewropea dwar in-Nutrizzjoni (Madrid, 26-29 ta' Ottubru 2011)

Din il-konferenza tgħaqqad l-isforzi biex jiġu żviluppati r-riċerka u l-edukazzjoni dwar ix-xjenza tan-nutrizzjoni u biex in-nutrizzjoni tingħata enfasi għas-saħħa pubblika fl-Ewropa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Kif nippromwovu t-tixjiħ attiv fl-Ewropa - Appoġġ tal-UE għall-atturi lokali u reġjonali

Dan il-fuljett jipprovdi għajn ta' informazzjoni u ideat kif nistgħu nħeġġu t-tixjiħ attiv u solidarjetà ikbar bejn il-ġenerazzjonijiet fil-livelli lokali u reġjonali madwar l-Unjoni Ewropea.

Is-Sena Ewropea 2012 għal Xjuħija Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet: Kulħadd għandu rwol!

Dan il-fuljett iqajjem kuxjenza dwar is-Sena favur it-Tixjiħ Attiv u jinvolvi ħafna organizzazzjonijiet għal dawn l-għanijiet.

Fokus

It-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Saħħa UE – L-anzjani

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Unjoni ta' Innovazzjoni - Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Unjoni ta' Innovazzjoni

Tixjiħ

Il-Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Is-Sena Ewropea 2012 għal tixjiħ attiv u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Appoġġ għal tixjiħ f'saħħtu u l-użu tal-ICTs

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Soċjetà tal-Informazzjoni

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

VINTAGE - Saħħa tajba fix-xjuħija

L-għan tal-proġett hu li jibni l-kapaċità biex jevita użu tal-alkoħol li jagħmel ħsara fost l-anzjani u biex jinvesti fis-saħħa u l-benessri tal-anzjani.

MOVE - Forum Ewropew favur il-Promozzjoni tal-Attività Fiżika

Hu maħsub biex jidentifika l-aħjar eżempji fl-inizjattiva tal-komunita biex jippromwovi attività fiżika li tgħin lis-saħħa f'żoni soċjalment u ekonomikament żvantaġġati.

PASEO - Il-bini tal-kapaċitajiet għall-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-attività fiżika fost l-anzjani sedentarji

Tara li ttejjeb l-implimentazzjoni ta' programmi għall-promozzjoni tal-attività fiżika fost l-anzjani sedentarji billi tgħin tibni politiki ġodda.

Ħoloq interessanti oħra

AGE - Il-Pjattaforma Ewropea tal-Anzjani

Alzheimer Europe

EURAG – Il-Federazzjoni Ewropea għall-Anzjani

EFPIA - Il-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi

Eucomed

EUGMS – Is-Soċjetà tal-Mediċina Ġerjatrika tal-Unjoni Ewropea

WHO - It-Tixjiħ

WHO - It-tixjiħ u l-mogħdija tal-ħajja

WHO - Laqgħa dwar il-bżonnijiet tal-ikel għall persuni anzjani

WHO - Ix-Xjuħija

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk