Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 75, IS 8 ta´ Settembru 2011

F'din il-ħarġa

Merħba

Mediċina komplementari u alternattiva għall-bżonnijiet tal-kura tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE

Dr Ton Nicolai, f'isem il-CAMDOC, l-alleanza tal-organizzazzjonijiet Ewropej tat-tobba tal-CAM

Il-mediċina komplementari u alternattiva (CAM) qed issir dejjem iktar popolari fl-Ewropa, b'65% tal-popolazzjoni tirrapporta li qed tuża din il-forma ta' mediċina. Ir-raġunijiet ewlenin mogħtija għall-użu tal-CAM huma l-metodu olistiku tagħha, l-effettività u l-orjentazzjoni lejn il-promozzjoni tas-saħħa minflok il-kontroll tas-sintomi.

It-tobba u l-prattikanti tal-CAM, kull wieħed fil-qasam tiegħu, jirrakkomandaw pakkett individwalizzat ta' kura, inkluża kura waħda jew aktar tal-CAM, u pariri dwar tibdil fl-istil tal-ħajja, dieta, eżerċizzju, tekniki li jnaqqsu l-istress, eċċ. It-terapiji tal-CAM ta' spiss iħarsu lejn is-saħħa u l-mard billi jaħdmu biex jistimolaw u jsaħħu l-proċess istintiv tal-pazjenti li jgħaddilu waħdu. Jintużaw biex jippromwovu u jmantnu s-saħħa u jistgħu jintużaw bħala l-ewwel għażla f'firxa wiesgħa ta' problemi tas-saħħa, partikolarment meta terapiji konvenzjonali ma jeżistux jew m'humiex effettivi, iżda wkoll bħala komplement għall-kura konvenzjonali.

It-terapiji prattikati jinkludu l-akupuntura, il-mediċina antrosopofika, il-mediċina ajurvedika, il-mediċini magħmulin mill-ħxejjex, l-omeopatija, il-mediċina naturopatika, il-mediċina Ċiniża u Tibetana tradizzjonali, ix-shiatsu, il-joga, fost ħafna oħrajn.

EUROCAM, l-alleanza tal-pazjenti, it-tobba u l-prattikanti fil-qasam tal-CAM, hi impenjata biex tqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji relatati mas-saħħa tal-CAM, speċjalment f'termini ta' prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa, sikurezza tal-pazjenti, servizzi tas-saħħa mmirati għall-pazjenti, saħħa mentali, kura paljativa, tixjiħ f'saħħtu u ekonomija tas-saħħa.

Bi tweġiba għall-użu dejjem jikber tal-CAM mill-pubbliku Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea ffinanzja CAMbrella, proġett biex jiżviluppa strateġija għar-riċerka futura Ewropea fil-CAM li hi adegwata għall-bżonnijiet tal-kura tas-saħħa tal-Ewropa.

Aħbarijiet mill-UE

Il-kwalità tal-ħajja f'inħawi multi-etniċi

Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati ta' programm ta' riċerka li janalizza l-kwalità tal-ħajja f'inħawi multi-etniċi fi 15-il pajjiż tal-UE bbażat fuq Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja tal-2007

Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-qasam tas-saħħa tibda l-għażla tal-finalisti nazzjonali

Il-ġuriji nazzjonali se jiltaqgħu sal-aħħar ta' Settembru biex jagħżlu l-finalisti. L-ismijiet tal-finalisti se jiġu ppubblikati kmieni f'Ottubru. L-informazzjoni dwar il-ġuriji nazzjonali se tiġi ppubblikata wara kull laqgħa nazzjonali.

It-tkeċċija tal-poljo mill-Ewropa

Il-Kummissjoni Reġjonali Ewropea ta' Ċertifikazzjoni għall-Eradikazzjoni tal-Poliomyliris (RCC) ħabbret li l-marda ġiet eradikata għal kollox mill-Ewropa wara li fl-2010 ġew irrappurtati każijiet tal-virus tal-poljo selvaġġ tat-tip A.

David Servan-Schreiber: Ħajja ddedikata għall-ġlieda kontra l-kanċer

David kien magħruf bħala tabib Franċiż, newroxjenzjat u awtur. Sar famuż permezz tal-impenn tiegħu biex jiżviluppa metodi integrattivi għall-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer.

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Ungerija

L-iżvilupp tas-sistema ta' informazzjoni dwar is-saħħa pubblika

Din il-bażi tad-dejta tgħin għall-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa pubblika. Fiha rekords tat-tobba u s-servizzi ġenerali tal-kura tas-saħħa, kif ukoll in-numri ta' emerġenza nazzjonali u n-numru tal-emerġenza Ewropew 112.

Repubblika ÄŠeka

Rappurtar onlajn ta' interventi mediċi u spejjeż relatati mas-saħħa

Dawk li jirċievu kura tas-saħħa fir-Repubblika Ċeka issa għandhom aċċess onlajn għal reġistru li jelenka l-interventi prinċipali u l-ispejjeż tas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin

EUREGIO III - Konferenza finali (Brussell, 22 ta' Settembru 2011)

Il-konferenza se teżamina s-sejbiet ewlenin tal-proġett fil-kuntest tal-politika emerġenti tal-UE u l-ippjanar għall-perjodu li jmiss.

Solidarjetà madwar l-Ewropa (Varsavja, 6-8 ta' Ottubru 2011)

L-Assoċjazzjoni Pollakka kontra l-Alzheimer's u Alzheimer Europe qed jorganizzaw il-21 Konferenza dwar il-marda tal-Alzheimer. It-tema ewlenija hi "Solidarjetà Ewropea bla fruntieri".

Ir-4 Kungress Ewropew għall-Mediċina Integrattiva (Berlin, 7-8 ta' Ottubru 2011)

Il-kungress joffri pjattaforma innovattiva għat-tobba, ir-riċerkaturi, l-isponsers, il-politiċi fil-qasam tas-saħħa, l-istudenti u l-pazjenti dwar l-iżvilupp tal-aqwa kura tas-saħħa integrattiva possibbli.

L-14-il Forum dwar is-Saħħa Ewropea (Gastein, 5-8 ta' Ottubru 2011)

Pjattaforma għad-diskussjoni għall-partijiet interessati differenti fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda

Ir-rapport tal-Kummissjoni jipprovdi prova siewja dwar is-saħħa tal-bniedem

Ir-Rapport dwar is-Saħħa tal-Bniedem, ippubblikat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Awwissu, janalizza l-qagħda tas-saħħa tal-bniedem madwar l-Ewropa.

Mediċina Komplementari (CAM): il-pożizzjoni kurrenti u l-potenzjal tagħha fil-kura tas-saħħa Ewropea

Id-dokument jiddefinixxi l-CAM, jispjega l-metodu olistiku tagħha u jesplora l-popolarità dejjem tikber tagħha.

Fokus

Mediċina Komplementari u Alternattiva (CAM)

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Prodotti mediċinali għall-konsum tal-bniedem

Kummissjoni Ewropea – Saħħa u Konsumaturi

Aħbarijiet

Proġett CAMbrella

CAMbrella hu proġett ta' €1.5 miljun dwar il-mediċina komplementari u alternattiva (CAM) iffinanzjat mill-Kummissjoni fi ħdan is-7 Programm Kwadru ta' Riċerka. Ir-rapport finali hu previst għall-bidu tal-2012.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa 2010 - Artikli

"The effects of reason, feelings and our fellows – I will please", ta' Anita Kazai, l-Ungerija

Fuq il-mejda hemm pillola blu ta' daqs medju u kapsula ħamra żgħira. Jekk it-tnejn li huma jtaffu l-ansjetà, liema waħda tieħu?

Ħoloq interessanti oħra

CAMDOC - Alleanza ta' tobba tal-CAM

EFCAM – Federazzjoni tal-prattikanti tal-CAM

EFHPA – Federazzjoni tal-pazjenti omeopatiċi

EICCAM – Iċ-Ċentru Ewropew għall-Informazzjoni dwar il-Mediċina Komplementari u Alternattiva

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk