Is-sbuħija mhix minn barra biss, iżda l-prodotti kożmetiċi hekk għandhom ikunu!
minn Dr Qasim Chaudhry, il-Viċi President tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur u l-President tal-Grupp ta’ Ħidma dwar in-nanomaterjali fil-prodotti kożmetiċi
Dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Xjentifiku tagħha dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) biex jipprovdi Opinjoni dwar is-sikurezza tan-nanomaterjali tas-Silika, is-Silika Idratata, u ta' silikas tas-superfiċe modifikati bħas-Silika Silylate u s-Silika Dimethyl Silylate. Dawn in-nanomaterjali jintużaw fi prodotti kożmetiċi, li jitħallew jew jitlaħalħu, għax-xagħar, il-ġilda, ix-xufftejn, il-wiċċ, u d-dwiefer.
Il-Kummissjoni tirreferi għall-SCCS kull meta jkun hemm tħassib dwar riskji għas-saħħa u riskju ta' sikurezza rigward prodotti tal-konsumatur li mhumiex tal-ikel, inklużi pro
[...]
|