Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 138, IS 16 ta´ Ottubru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b'Saħħitha: rotta eħfef biex jintlaħqu l-għanijiet

minn Maddalena illario, MD, PhD, tal-Università u l-isptar Federico II, Naples

minn Maddalena illario, MD, PhD, tal-Università u l-isptar Federico II, Naples

Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b’Saħħitha (EIP-AHA) tiddefinixxi mill-ġdid il-mod kif inħarsu lejn kif nikbru fl-età. Issa ninsabu konxji li l-għażliet tal-istil ta' ħajja li nagħmlu llum il-ġurnata se jħallu impatt kbir fuq il-kwalità ta' ħajjietna fil-ġejjieni.

Is-Sħubija waslet f'Campania fil-ħarifa tal-2012: l-għarfien dwar ix-xjuħija f'dak iż-żmien kien fil-parti l-kbira limitat għat-tobba u l-ġerjatristi. Kien hemm ftit li xejn preokkupazzjoni fost il-partijiet interessati dwar il-piż ta' popolazzjoni li qed tixjiħ jew dwar kif ix-xjuħija tista' titqies kemm bħala [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

HASIC - Anzjanità f'Saħħitha Appoġġjata mill-Internet u l-Komunità

ĠID LI QED JIKBER FL-ETÀ

MANAGE-CARE

ICARE4EU

e-CAPACIT8

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"Il-villaġġ tal-anzjani fuq il-gżira tal-immortali”, minn Henrik Ennart, rebbieħ nazzjonali mill-Isvezja fl-2013

“Ħajti ma’ Annleena”, minn Andrei Hvostov, rebbieħ nazzjonali mill-Estonja tal-2013

“Bone weary: Yves Muscat Baron”, minn Duncan Barry, 2012 rebbieħ nazzjonali minn Malta

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-UE tkompli tissorvelja bir-reqqa l-Ebola u tħeġġeġ appoġġ kontinwu lill-Afrika tal-Punent  »

L-UE tibqa’ fiduċjuża li r-riskju ta’ tixrid tal-Ebola fl-Ewropa hu baxx, u tgħid li l-aħjar prevenzjoni hi li tkompli tipprovdi għajnuna lill-Afrika tal-Punent. Ara l-appdejts dwar it-tifqigħa u l-istat ta’ tħejjija fil-UE fuq il-paġna apposta tal-websajt tas-Saħħa Pubblika Ewropa.

Għadha kif ġiet ippubblikata Opinjoni ġdida dwar id-definizzoni tal-Bijoloġija Sintetika li tpoġġi l-bażi għal xogħol fil-ġejjieni  »

Din l-Opinjoni tal-Kummissjoni u kumitati xjentifiċi indipendenti tipprovdi kjarifika dwar id-definizzjoni ta’ SinBijo u twitti t-triq għal Opinjonijiet li ġejjin.

"Il-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanser” tagħti pariri prattiċi dwar il-prevenzjoni tal-kanser  »

Aktar minn terz tal-kansers jistgħu jiġu evitati. Il-Kodiċi Ewropea Kontra l-Kanser hi għodda ewlenija ta’ prevenzjoni li tipprovdi lista sempliċi ta’ rakkomandazzjonijiet biex jiġi evitat il-kanser u titjieb is-saħħa inġenerali.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Ebola: L-UE tgħin fit-twassil tal-għajnuna lil Sjerra Leone  »

Ir-Renju Unit hu l-Istat Membru reċenti li qed jagħti assistenza vitali permezz tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE, u qed jibgħat ambulanzi, vetturi oħra, u tagħmir għall-kostruzzjoni u l-operat ta' faċilità għal kura bi 92 sodda fi Sierra Leone.

Il-President Barroso jingħaqad ma' Obama u Ban Ki Moon fil-ġlieda kontra l-Ebola u ħabbar €30 miljun addizzjonali għal għajnuna umanitarja  »

José Manuel Durão Barroso ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea se terġa’ żżid l-appoġġ finanzjarju biex tgħin lill-Afrika tal-Punent.

Il-Kummissjoni tikkonsulta l-pubbliku dwar kriterji biex jiġu identifikati l-Aġenti li Jfixklu l-Endokrini  »

Il-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet, miftuħa sas-16 ta’ Jannar 2015, se tgħin biex jiġu definiti l-kriterji għall-aġenti li jfixklu l-endokrini kif meħtieġ mir-Regolamenti dwar prodotti bijoċidji u għall-protezzjoni tal-pjanti. L-aġenti li jfixklu l-endokrini huma sustanzi kimiċi li jinterferixxu mas-sistemi tal-ormoni.

Il-Kummissjoni Ewropea ttejjeb is-sikurezza tal-kosmetiċi  »

Il-miżuri adottati jillimitaw il-konċentrazzjoni massima ta’ żewġ sustanzi preservattivi li jintużaw fil-kosmetiċi, jiġifieri l-Propilparaben u l-Butilparaben.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ktejjeb dwar il-proġetti tat-tieni Programm tas-Saħħa tal-UE  »

Dan il-ktejjeb jiġbor il-posters ppreżentati fil-konferenzi f’Gastein u EUPHA li jirrappreżentaw il-proġetti u l-azzjonijiet konġunti ffinanzjati mit-tieni Programm tas-Saħħa tal-UE.

Avvenimenti li ġejjin 

L-24 Konferenza Ewropea dwar l-Alzheimer (Glasgow, 20 - 22 ta' Ottubru 2014)  »

It-tema ta' din is-sena hi "Dinjità u awtonomija fid-dimenzja", u l-avveniment se jesplora kif ir-rikonoxximent tad-drittjiet umani tan-nies bid-dimenzja, ta' dawk li jieħdu ħsiebhom, tal-partners u l-familji tagħhom hu element essenzjali biex ikunu żgurati d-dinjità u r-rispett. Se jintwerew ukoll l-aqwa prattiki.

Konferenza tal-Presidenza Taljana dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa fiż-żona tal-Mediterran (Ruma, 27 - 28 ta’ Ottubru)  »

Din il-konferenza tittratta ħames oqsma fis-saħħa pubblika biex tippromwovi l-progress, is-saħħa u l-istabbiltà tal-pajjiżi Mediterranji: ir-regolamenti internazzjonali tas-saħħa, ir-reżistenza antimikrobika, l-istil ta' ħajja, is-saħħa u l-migrazzjoni u l-proġetti tas-saħħa fiż-żona Mediterranja.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-websajt tal-Gvern Franċiż dwar il-medikazzjonijiet jirċievi madwar 900,000 viżitatur fl-ewwel sena  [Franza]  »

Fl-ewwel sena tiegħu, il-websajt  ġie kkonsultat minn kważi 900,000 persuna jfittxu informazzjoni affidabbli dwar il-medikazzjonijiet, il-karatteristiċi tagħhom, l-effetti, il-prezz u l-livell ta’ rimborż.

L-armonizzazzjoni tal-prattiki kliniċi għal aktar provdir ugwali tal-benesseri soċjali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa  [Finland]  »

In-nies jirċievu standards ta' kura tas-saħħa li jvarjaw skont fejn jgħixu. Billi jiġu segwiti l-linji gwida għal kriterji tal-kura tas-saħħa u billi jittieħdu passi oħrajn, provdir ta' servizzi aktar ugwali għandu jkun disponibbli fil-Finlandja.

Fl-edizzjoni li jmiss

Kooperazzjoni fis-Saħħa fil-Mediterran.

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk