Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 122, IS 30 ta´ Jannar 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-kanser

Minn Martin Seychell, l-Aġent Direttur Ġenerali għal Konsumaturi u s-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Martin Seychell, l-Aġent Direttur Ġenerali għal Konsumaturi u s-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea

Il-kanser - nisimgħu dwaru kważi kuljum fl-aħbarijiet, fix-xogħol jew f’diskussjonijiet mal-familja u l-ħbieb. Minħabba r-rati ta’ inċidenza prevalenti llum il-ġurnata fl-Unjoni Ewropea, wieħed minn kull tlitt irġiel u waħda minn kull erba' nisa jistgħu jiġu direttament affettwati bil-kanser fl-ewwel 75 sena ta’ ħajjithom. Il-kanser hu t-tieni l-akbar kawża ta’ mewt wara l-mard tal-qalb fl-Unjoni Ewropea. Kull sena, hu jikkawża l-mewt ta' aktar minn miljun u nofs ħajja u jibdel id-destin ta’ 2.5 miljun ċittadin ieħor iddijanjostikat bih. B'popolazzjoni li qed tixjiħ, l-imwiet bil-kanser huma mistennija li jiż [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

L-istandards BENCH-CAN tal-kura komprensiva tal-kanser

RARECARENet – Netwerk ta' informazzjoni dwar tipi rari ta' kanċer

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"Il-kanser u s-sistema tal-kura tas-saħħa", minn Inta Lase, rebbieħa nazzjonali tal-Latvja, 2012

"Il-protezzjoni kontra l-kanser tal-imsaren - Għarfien bikri jsalva l-ħajjiet", minn Martina Folscheid, rebbieħa nazzjonali tal-Lussemburgu 2011

"L-iskrining hu ħela ta' flus?", minn Ailbhe, Jordan, it-tieni premju tal-Irlanda 2012

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-aġenzija tad-drogi tal-UE tħabbar formazzjoni ġdida tal-Kumitat Xjentifiku  »

Il-Kumitat il-ġdid tal-EMCDDA (Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga) jibda mandat ġdid dan ix-xahar, bi 15-il xjentist maħturin biex iservu għal perjodu 2014–16.

Il-bisfenol A fl-istrumenti tal-mediċina: il-Kummissjoni tikkonsulta dwar il-valutazzjoni tar-riskji ta' SCENIHR għas-saħħa tal-bniedem  »

Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari ta' SCENIHR dwar "Is-sikurezza tal-użu tal-bisfenol A fl-istrumenti tal-mediċina". Il-konsultazzjoni tibqa' għaddejja sal-26 ta' Marzu 2014.

Il-bisfenol A: L-EFSA tikkonsulta dwar il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem  »

L-EFSA qed tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tagħha dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-esponiment għal bisfenol A (BPA). Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna li jikkummentaw dwar id-dokument sal-31 ta' Marzu 2014.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Introdott il-programm ta' sejbin bikri għal Kanser tas-Sider  [Awstrija]  »

L-Awstrija introduċiet programm ta' skrining tas-sider mal-pajjiż kollu bl-għan li jinsab il-kanser tas-sider kmieni u għalhekk jissaħħu r-rati tas-sopravivenza.

Kampanja nazzjonali kontra l-influwenza tqajjem għarfien, tnaqqas ir-riskji  [Italja]  »

Kampanja nazzjonali qed timmira liċ-ċittadini biex jiżdied l-għarfien dwar ir-riskju tal-influwenza staġunali u toffri miżuri preventivi biex jitnaqqas ir-riskju tal-infezzjoni.

It-tipjip projbit fil-ħwienet tax-xorb  [Lussemburgu]  »

Projbizzjoni aktar stretta għamlitha illegali li jsir tipjip fil-ħwienet tax-xorb mill-Ewwel tas-Sena 'l hawn.

Stabbilita aġenżija ġdida għas-saħħa pubblika  [Svezja]  »

L-Aġenzija għas-Saħħa Pubblika tal-Isvezja ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 2014 u tgħaqqad flimkien l-Istitut Nazzjonali Svediż tas-Saħħa Pubblika u l-Istitut Svediż għal Kontroll tal-Mard li Jittieħed.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Kummissarju tas-Saħħa, Tonio Borg, jaċċetta l-ftehim dwar ir-reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar il-Provi Kliniċi  »

Ir-regoli riveduti se jiżguraw li l-UE tibqa' lokalità attraenti għar-riċerka klinika – li hi ta' importanza vitali għal kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-Jum Dinji tal-Kanser (l-4 ta' Frar 2014) »

L-avvenimenti li jseħħu madwar id-dinja fil-Jum Dinji tal-Kanser, l-4 ta' Frar, jistgħu jinstabu fuq mappa ta' referenza ħafifa onlajn.

Konferenza “Is-Saħħa fl-Ewropa – Nagħmluha aktar ġusta” (Brussell, 18 ta’ Marzu 2014) »

Din il-konferenza ewlenija tindirizza l-kwistjoni ta’ titjib tal-imparzjalità u l-ekwità fis-saħħa fl-Ewropa, bit-titjib tal-aċċess għas-saħħa u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fis-saħħa.

Id-9 Konferenza Ewropea dwar il-Kanser tas-Sider (Glasgow, 19-21 ta' Marzu) »

Id-disa' edizzjoni tal-Konferenza Ewropea dwar il-Kanser tas-Sider (EBCC), miftuħa għall-professjonisti interessati kollha fil-kanser tas-sider, se tkun l-akbar Konferenza dwar il-Kanser tas-Sider barra l-Istati Uniti.

Laqgħa ta' ħidma dwar il-kampijiet elettromanjetiċi u l-effetti tas-saħħa (Ateni, it-28 ta' Marzu 2014) »

Laqgħa ta' ħidma ewlenija dwar il-kampijiet elettromanjetiċi u l-effetti relatati fuq is-saħħa qed tkun organizzata b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni Griega għall-Enerġija Atomika (GAEC), taħt l-awspiċju tal-Presidenza Griega tal-Kunsill tal-UE.

Is-Samit dwar il-Mard Kroniku (Brussell, it-3 u l-4 ta' April 2014) »

Dan l-ewwel samit tal-UE dwar il-mard kroniku se jiddiskuti l-benefiċċji tal-investimenti sostenibbli fis-saħħa u l-modi biex jitnaqqas il-piż tal-mard kroniku u biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-mard kroniku.

Kors fit-tmexxija għas-Saħħa Pubblika fl-Ewropa (LEPHIE) (Brussell, mill-14 ta' April sal-20 ta' Ġunju 2014) »

Maastricht University Brussels Campus qed joffri l-ewwel kors dwar it-tmexxija Ewropea fis-saħħa pubblika li jinkorpora problemi veri bbażati fuq il-prijoritajiet tas-saħħa pubblika Ewropea.

Fl-edizzjoni li jmiss

Mediċini falsifikati

Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk