Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 121, IS 16 ta´ Jannar 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Inugwaljanzi tas-saħħ

Minn John F. Ryan, l-Aġent Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika

Minn John F. Ryan, l-Aġent Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika

It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa bejn il-gruppi soċjo-ekonomiċi differenti u bejn partijiet differenti tal-UE hi waħda mill-kwistjonijiet jaħarqu li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea llum. Għal dawn l-aħħar 4 snin, id-direttorat tas-saħħa pubblika f'SANCO kkoordina l-implimentazzjoni ta' "Solidarità fis-Saħħa", l-istrateġija tal-UE biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa.

Fil-11 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport iffinanzjat mill-UE "Inugwaljanzi fis-Saħħa fl-UE", magħmul minn konsorsju mmexxi minn Sir Michael Marmot tal-University College, Londra. Dan jiġbor fil-qo [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Rapport biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki fil-kontroll tat-tabakk għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa

Rapport dwar l-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni tar-Romi fl-UE

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Irrid ngħix, Evangelos Pallas, ir-rebbieħ nazzjonali 2012 għal Ċipru

Il-każ ta' ħaddejn ħomor u test f’waqtu, Erzsébet Fazekas, ir-rebbieħa nazzjonali 2012 għall-Ungerija

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-14-il Laqgħa Ministerjali tal-Inizjattiva għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (Ruma, 13 ta’ Diċembru 2013)  »

Il-ministri rriflettew dwar avvenimenti ta’ sigurtà tas-saħħa emerġenti tas-sena li għaddiet u esploraw azzjonijiet kollaborattivi li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-popolazzjonijiet, u li jsaħħu s-sigurtà tas-saħħa globali.

Skopri l-finalisti għall-Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa 2013  »

Il-Premju għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa tal-UE għażel 28 finalista nazzjonali li issa se jikkompetu fil-livell tal-UE.

Konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari dwar in-Nanofidda: is-sikurezza, is-saħħa u l-effetti ambjentali u r-rwol tar-reżistenza antimikrobika  »

Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari msemmija hawn fuq ta’ SCENIHR, li ffokat fuq l-użu ta’ nanofidda u r-riskji possibbli għas-saħħa assoċjati.

Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) dwar l-anzjanità attiva u f'saħħitha: Żieda fl-anzjanità f'saħħitha  »

L-EIP ppubblika vidjow ġdid dwar żieda fl-anzjanità f'saħħitha.

Il-presidenza Griega tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea  »

F’Jannar, se tibda l-Presidenza Griega tal-Kunsill tal-UE. Aqra l-prijoritajiet u l-abbozz tal-programm.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Samit tal-G8 dwar id-Dimenzja  [Renju Unit]  »

Is-samit laqqa’ flimkien il-ministri tas-saħħa, l-innovaturi, ir-riċerkaturi u l-investituri biex jesploraw kif nistgħu nibdlu l-approċċ attwali tagħna dwar id-dimenzja.

Il-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja jaqbel li jiġi limitat il-konsum tas-sigaretti elettroniċi  [Spanja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa u l-awtoritajiet reġjonali qablu dwar pożizzjoni komuni li jillimitaw l-użu ta’ sigaretti elettroniċi sakemm jiġu stabbiliti l-konsegwenzi tas-saħħa, bil-protezzjoni tal-minuri bħala prijorità.

"Is-saħħa hi importanti" Programm Nazzjonali ta’ Prevenzjoni li se jingħata bidu f’Frar 2014  [Olanda]  »

Programm ta’ tliet snin, li se jitħaddem mill-2014 sal-2016, se jkun hemm sforz konġunt minn sitt ministeri, il-muniċipalitajiet, in-negozji u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Kummissarju Borg jilqa’ l-ftehim dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk  »

Dan il-ftehim ifisser Direttiva ġdida se tiżgura li l-prodotti tat-tabakk jidhru u jintiegħmu bħala prodotti tat-tabakk u jgħinu biex jiskuraġġixxu ż-żgħażagħ milli jibdew ipejpu.

Ikel: Il-Kummissjoni tressaq proposti dwar l-ikklonjar tal-annimali u ikel ġdid  »

Il-Kummissjoni Ewropea adottat tliet abbozzi ta’ liġijiet dwar l-ikklonjar tal-annimali u dwar ikel ġdid li se jipprovdu ċertezza legali f’dan il-qasam.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza "Indirizzar tal-inugwaljanzi fis-saħħa 2014 u lil hinn: nibnu l-koeżjoni u nsaħħu s-saħħa għall-iżvilupp ekonomiku" (Brussell, 23 ta' Jannar 2014) »

Din il-konferenza hi organizzata mill-imsieħba tal-Azzjoni Konġunta dwar l-Inugwaljanzi fis-Saħħa u se tlaqqa’ flimkien esperti internazzjonali u firxa ta’ partijiet interessati ewlenin oħrajn.

Konferenza “Is-Saħħa fl-Ewropa – Nagħmluha aktar ġusta” (Brussell, 18 ta’ Marzu 2014) »

Din il-konferenza ewlenija tindirizza l-kwistjoni ta’ titjib tal-imparzjalità u l-ekwità fis-saħħa fl-Ewropa, bit-titjib tal-aċċess għas-saħħa u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fis-saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Saħħa u ambjent: nikkomunikaw ir-riskji, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) »

Dan ir-rapport jippreżenta sensiela ta’ messaġġi ewlenin utli kemm lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll lill-maniġers tar-riskju b’mod ġenerali.

Trapjant u Trasfużjoni: Proġetti u azzjonijiet biex tkun salvat u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini billi jiġu ffaċilitati t-trapjant u t-trasfużjoni tad-demm fl-Unjoni Ewr »

Dan il-browxer jintroduċi kull proġett b’taqsira qasira u jipprovdi deskrizzjonijiet tar-riżultati prinċipali tagħhom.

It-tilqim kontra l-influwenza staġjonali – is-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill »

Ir-Rakkomandazzjoni tappella lill-Istati Membri u l-pajjiżi taż-ŻEE biex jieħdu azzjoni sabiex jittaffa l-impatt tal-influwenza staġjonali permezz ta’ pjanijiet ta' azzjoni jew politiki nazzjonali, reġjonali jew lokali u sabiex tittejjeb il-kopertura tat-tilqim kontra l-influwenza staġjonali.

Fl-edizzjoni li jmiss

Il-kanser

Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk