Mogħdija tan-navigazzjoni

Newsletter

Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Ta' Prof. Thomas Platzek, President tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur

Ta' Prof. Thomas Platzek, President tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur

F’April 2013, ġew eletti l-membri ġodda tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) għat-terminu 2013-2016 fil-Lussemburgu. Dan il-Kumitat – attiv mill-1968 meta ssemma' fid-Direttiva dwar il-Kożmetiċi, se jkompli t-tradizzjoni ta' dawn l-aħħar erbgħin sena billi jagħti parir xjentifiku dwar is-sikurezza tal-kożmetiċi lill-Kummissjoni Ewropea. L-SCCS għandu wkoll rwol importanti fir- Regolament il-ġdid dwar il-Kożmetiċi li se jidħol fis-seħħ f’Lulju 2013.

Il- membri tal-Kumitat pdf huma magħżula mill-Kummissjoni Ewropea bħala esperti indipendenti abbażi tal-għarfien xjentifiku tagħhom permezz ta’ sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess.

L-industrija hija involuta fir-riċerka attwali dwar l-ingredjenti tal-prodotti u dwar il-metodi alternattivi. Għaldaqstant, ċerti partijiet tas-soċjetà ċivili jinkwetaw li jista' jkun hemm kunflitt ta’ interess għall-membri tal-Kumitat involuti fi proġetti komuni mal-esperti tal-industrija (pjattaformi ta’ riċerka pubbliċi-privati). Il-Kumitat huwa rregolat biex tiġi evitata dikotomija bejn l-eċċellenza xjentifika u l-indipendenza biex b'hekk, interess eventwali li jiġi ddikjarat, mhux bilfors ikun ifisser li hemm kunflitt ta’ interess

Il-Kumitat jaħdem fl-interess pubbliku u jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza permezz ta’ diskussjoni b’mod kolleġġjali, li hija kruċjali biex tisfida u tibbilanċja d-dibattitu xjentifiku biex tiżgura l-indipendenza tar-riżultati xjentifiċi (ebda deċiżjoni ma tittieħed minn persuna waħda). L-opinjonijiet tal-minoranza jiġu rreġistrati wkoll.

Matul is-snin li għaddew il-Kumitat evalwa s-sikurezza ta’ bosta ingredjenti: żebgħa tax-xagħar, fwejjaħ, tagħmir għall-ismurija artifiċjali, filtri tal-UV, perossidu tal-idroġenu fi prodotti tat-tibjid tas-snien u preservattivi. Il-ħidma kurrenti tal-Kumitat tiffoka fuq in-nanomaterjali.

Waħda mill-isfidi ewlenin fis-snin li ġejjin se tkun il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ingredjenti li qabel kienu soġġetti għall-ittestjar fuq l-annimali. Billi l-ittestjar fuq l-annimali issa huwa pprojbit hemm il-ħtieġa li jiġu żviluppai u li jinstabu testijiet adegwati permezz tal-użu ta’ metodi alternattivi minkejja l-fatt li metodi alternattivi mhumiex disponibbli għal-limiti tossikoloġiċi kollha. Sfida oħra hija rappreżentata mill-ingredjenti tan-nanomaterjali, li jridu jiġu vvalutati minkejja l-fatt li l-ebda metodu alternattiv validat disponibbli bħalissa għas-sustanzi kimiċi konvenzjonali ma ġie vvalidat speċifikament għan-nanomaterjali. Il-Kumitat iħares 'il quddiem biex jibda jindirizza dawn l-isfidi.

Dawn l-isfidi se jagħtu spinta lir-riċerka u l-investigazzjonijiet f’dawn l-oqsma, li huma l-bażi tal-progress fix-xjenza. L-SCCS jinsab fuq quddiem nett biex jiggarantixxi liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li fl-istess ħin jippermetti li x-xjenza u l-innovazzjoni jkollhom rwol ewlieni biex iħeġġu l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.

Aktar dwar din it-tema