Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 102, IS 18 ta´ Jannar 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk biex jintlaħqu l-isfidi fil-kontroll tat-tabakk fl-UE

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur

Fid-19 ta' Diċembru 2012 il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk tal-2001, sabiex tirrifletti l-iżviluppi reċenti fis-suq tat-tabakk, is-sejbiet xjentifiċi ġodda u l-impenji internazzjonali.  

 

It-tabakk hu l-ikbar riskju tas-saħħa li jista' jiġi evitat fl-UE, li kull sena jikkawża kważi 700,000 mewt qabel iż-żmien u miljuni ta' snin ta' ħajja b'nuqqas ta’ saħħa.

 

Din hi r-raġuni għaliex l-UE tistinka biex jiġu regolati l-prodotti tat-tabakk b'mod li jirriflettu l-ħsara tagħhom għas-saħħa, biex b'hekk in-nies jiġ [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Ħolqien tal-Kapaċitajiet: Kif it-taxxa fuq it-tabakk issir moda (TobTaxy)

ACCESS (Strateġiji ta' aċċess għall-waqfien mit-tipjip fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa)

Tipjip fil-films: Impatt fuq iż-żgħażagħ Ewropej u l-għażliet ta' politika (Tipjip fil-films)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Iċ-ċerimonja tal-għoti tar-4 Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Programm tas-saħħa 2013 pjan ta' ħidma: sejħa għal proposti issa tinsab disponibbli  »

Tnedew sejħiet għal proposti għal azzjonijiet konġunti, għotjiet ta' flus operattivi, proġetti u konferenzi. Skadenza t-22 ta’ Marzu 2013. Is-sejħiet għall-offerti se jiġu ppubblikati aktar tard fl-2013.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-donazzjoni u trapjant ta’ organi  »

Issa li t-trapjant sar teknika komuni, wieħed mill-fatturi prinċipali li jillimita l-għadd ta' trapjanti hu n-nuqqas ta' organi.

L-Irlanda tiżvela prijoritajiet għas-saħħa għall-Presidenza tagħha tal-Unjoni Ewropea  »

L-enfasi se tkun fuq il-provi kliniċi, it-tagħmir mediku, it-tabakk, u t-trasparenza tal-prezzijiet u r-rimborż tal-mediċini.

Il-Kummissjoni Ewropea ntrabtet li ttejjeb il-qafas tas-sigurtà tas-saħħa fil-livell internazzjonali  »

Aqra d-dikjarazzjoni tal-Ministri tas-Saħħa mill-Inizjattiva tas-Sigurtà tas-Saħħa Globali, li ltaqgħu f'Berlin fis-7 ta' Diċembru 2012 biex jiddiskutu l-prijoritajiet futuri fit-tisħiħ tas-sigurtà tas-saħħa globali.

VIDJOW: Azzjoni tal-UE dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika  »

Dan il-vidjow ġdid juri kif l-UE qed toffri sostenn lil għadd ta’ programmi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew biex tinkuraġġixxi lin-nies jieklu aħjar u jagħmlu aktar attività fiżika.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Parlament Litwan jiddikjara l-2013 is-Sena tas-Saħħa  [Litwanja]  »

Il-Presidenza Litwana tal-Kunsill tal-UE (minn Lulju 2013) se tippromwovi din il-kampanja l-ġdida biex tkun ta' eżempju għal Ewropa aktar b’saħħitha u biex is-saħħa tingħata prijorità fl-2013.

Imnedija kampanja ġdida kontra t-tipjip  [Renju Unit]  »

Il-perikli moħbija huma enfasizzati f'kampanja ġdida kontra t-tipjip fir-Renju Unit. Lura għall-kampanji b'impatt qawwi favur is-saħħa b'hekk dawk li jpejpu jiġu infurmati li sempliċement 15-il sigarett jikkawżaw mutazzjoni li tista' twassal għal tumuri kanċerużi .

Kampanja għall-ġlieda kontra l-AIDS 2012-2013  [Italja]  »

Il-kampanja għandha l-għan li ssaħħaħ il-perċezzjoni tar-riskju tal-infezzjoni tal-HIV u li tqajjem kuxjenza dwar il-modi ta' trażmissjoni u miżuri preventivi.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE 

Il-Kummissjoni tadotta r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk  »

Ġiet aġġornata l-leġiżlazzjoni dwar il-manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk.

Avvenimenti li ġejjin 

Seminar tal-Forum Ewropew għall-Pazjenti dwar is-Saħħa-e (Brussell, it-23 ta' Jannar 2013)  »

Bit-tema "It-triq lejn skjerament fuq skala kbira tas-Saħħa-e: Fejn jinsabu l-pazjenti", is-seminar jesplora l-aħħar u l-aktar teknoloġija avvanzata għall-involviment tal-pazjent fis-Saħħa-e.

Il-21 Kungress Ewropew tal-Psikjatrija (Nizza, 6-9 ta' April 2013)  »

Organizzat mill-Assoċjazzjoni Psikjatrika Ewropea, il-kungress jistieden psikjatri u professjonisti oħra relatati mad-dixxiplina tal-psikjatrija biex jindirizzaw it-tema kumplessa "L-Ewropa tisfida l-piż tat-taħwid tal-moħħ".

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-Ġestjoni għall-emerġenza tat-Thalassaemia  »

Pubblikazzjoni ġdida mill-Federazzjoni Internazzjonali tat-Thalassaemia (TIF).

Il-promozzjoni tas-saħħa fis-settur tat-trasport stradali  »

Il-folja ta' informazzjoni onlajn tal-EU-OSHA dwar il-promozzjoni tas-saħħa fis-settur tat-trasport stradali, E-fact 47, issa hi tradotta f'24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri: regoli komuni għall-preskrizzjonijiet  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta direttiva li tiffaċilita r-rikonoxximent ta' riċetti mediċi bejn il-pajjiżi tal-UE.

Fl-edizzjoni li jmiss

Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk