Politika

X'inhi n-nanoteknoloġija?

In-nanoteknoloġiji huma teknoloġiji li jittrattaw ma' dimensjonijiet imkejla f'biljun parti ta' metru, jew nanometri (nm). Biex tieħu idea, 1nm hu t-tul ta' katina ta' 5 sa 10 atomi, u xagħra ta' bniedem għandha dijametru ta' madwar 80 000 nm.

Ix-xjenzjati jisfruttaw il-proprjetajiet uniċi li nanopartikoli żgħar jew arranġamenti ta' materjali fuq in-nanoskala jista' jkollhom biex joħolqu materjali, strutturi u tagħmir ġodda użati f'oqsma diversi bħall-mediċina, l-ikel, l-elettronika, it-teknoloġija tal-informazzjoni, il-provvista u d-distribuzzjoni tal-enerġija u l-protezzjoni tal-ambjent.

Għaliex in-nonoteknoloġiji huma utli?

In-nanoteknoloġiji joffru potenzjal kbir għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli, it-titjib tal-kompetittività tal-industriji Ewropej, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ħolqien ta' impjiegi b'ħiliet avvanzati u ż-żieda tal-kwalità ta' ħajjitna (ara l-aġenda ta' UE 2020).

L-UE investiet ħafna flus fir-riċerka u l-iżvilupp tan-nanoteknoloġiji. Issa għandha toħloq il-kundizzjonijiet adegwati biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tagħhom.

X'inhi l-politika tal-UE dwar in-nanoteknoloġiji?

L-UE ddeċidiet li tuża "metodu integrat, sikur u responsabbli" għall-iżvilupp tan-nanoteknoloġiji. Dan jinkludi:

  • Reviżjoni u adattament tal-liġijiet tal-UE
  • monitoraġġ ta' kwistjonijiet ta' sikurezza
  • impenn fi djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali, il-partijiet interessati u ċ-ċittadini.

Aqra aktar dwar il-proposta għal strateġija tal-UE dwar in-nanoteknoloġijpdf.