Partijiet interessati u ċittadini

Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar in-nanoteknoloġiji qed tikber malajr hekk kif iktar u iktar applikazzjonijiet ta' nanoxjenza u nanoteknoloġiji qed jintużaw fil-prodotti tal-konsumaturi (ara l-istħarriġ tal-UE dwar il-valuri soċjali, ix-xjenza u t-teknoloġijapdf

B'riżultat ta' din, għadd li dejjem jiżdied ta' persuni qed jitolbu informazzjoni u jesprimu tħassib dwar is-sikurezza tal-prodotti li jużaw in-nanoteknoloġiji.

Il-Kummissjoni qed taħdem qatigħ biex tiżgura li n-nanoxjenza u n-nanoteknoloġiji jistgħu joffru benefiċċji lis-suq filwaqt li tikkontrolla r-riskji potenzjali tagħhom. Dan iġib miegħu sforzi sinifikanti biex jiġu mħeġġa l-qsim tal-informazzjoni u d-djalogu fost il-partijiet interessati biex tinbena fiduċja f'dawn it-teknoloġiji.

Aktar tagħrif dwar il-qsim tal-informazzjoni u d-djalogu

Sikurezza tan-Nanoteknoloġiji għal Djalogu ta' Suċċess Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)