Nanoteknoloġija

Valutazzjoni tas-sikurezza

Minbarra l-benefiċċji ċari tagħhom, in-nanoteknoloġiji jistgħu wkoll jippreżentaw riskji li jeħtieġ jiġu indirizzati.

L-isfida għall-UE hi li tevalwa dawn ir-riskji potenzjali, timplimenta r-regolamenti adegwati u tikkomunika mal-pubbliku u l-partijiet interessati kif dawn ir-riskji huma u għandhom jiġu indirizzati.

Valutazzjoni tar-riskju

L-innovazzjonijiet teknoloġiċi għandhom jiġu pprovati li huma sikuri biex jiġu aċċettati mill-konsumaturi. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tara li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika u s-sikurezza għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent.

Il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-vlautazzjoni tar-riskju għan-nanoteknoloġiji sservi biex:

  • jiġu eżaminati l-metodoloġiji tal-valutazzjoni tar-riskju u jiġu żviluppati metodi għall-valutazzjoni tar-riskju
  • jiġu stabbiliti prijoritajiet għal finanzjament relatat lir-riċerka tal-UE
  • jiġi appoġġat il-qafas regolatorju tal-UE u inizjattivi ta' politika relatati
  • jiddaħħal għarfien fil-ħidma tal-entitajiet Ewropej u internazzjonali bħas-CEN, l-OECD, l-ISO, eċċ.
  • tinforma u tistimola d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet internazzjonali.

Aktar tagħrif dwar il-valutazzjoni tar-riskju

Opinjonijiet xjentifiċi (SCENIHR , SCCS , EFSA)

Valutazzjoni tar-riskju u djalogu fil-livell tal-UE 

Djalogu internazzjonali dwar il-valutazzjoni tar-riskju 

Nanoteknoloġiji - analiżi tar-riskju preliminari  (2004)