Valutazzjoni tas-sikurezza

Minbarra l-benefiċċji ċari tagħhom, in-nanoteknoloġiji jistgħu wkoll jippreżentaw riskji li jeħtieġ jiġu indirizzati.

L-isfida għall-UE hi li tevalwa dawn ir-riskji potenzjali, timplimenta r-regolamenti adegwati u tikkomunika mal-pubbliku u l-partijiet interessati kif dawn ir-riskji huma u għandhom jiġu indirizzati.

Valutazzjoni tar-riskju

L-innovazzjonijiet teknoloġiċi għandhom jiġu pprovati li huma sikuri biex jiġu aċċettati mill-konsumaturi. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tara li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika u s-sikurezza għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent.

Il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-vlautazzjoni tar-riskju għan-nanoteknoloġiji sservi biex:

  • jiġu eżaminati l-metodoloġiji tal-valutazzjoni tar-riskju u jiġu żviluppati metodi għall-valutazzjoni tar-riskju
  • jiġu stabbiliti prijoritajiet għal finanzjament relatat lir-riċerka tal-UE
  • jiġi appoġġat il-qafas regolatorjupdf tal-UE u inizjattivi ta' politika relatati
  • jiddaħħal għarfien fil-ħidma tal-entitajiet Ewropej u internazzjonali bħas-CEN, l-OECD, l-ISO, eċċ.
  • tinforma u tistimola d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet internazzjonali.

Aktar tagħrif dwar il-valutazzjoni tar-riskju

Opinjonijiet xjentifiċi (SCENIHR Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , SCCS Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , EFSA)

Valutazzjoni tar-riskju u djalogu fil-livell tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Djalogu internazzjonali dwar il-valutazzjoni tar-riskju Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Nanoteknoloġiji - analiżi tar-riskju preliminari Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (2004)